|
+Artikolu 20 6. |
Artikolu 20 6.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 sabiex:
(a)
tispeċifika kif l-ammont nominali ta' strumenti finanzjarji għajr id-derivattivi, l-ammont nozzjonali ta' derivattivi u l-valur nett tal-assi ta' fondi ta' investiment għandhom jiġu vvalutati, inkluż fil-każ ta' referenza indiretta għal parametru referenzjarju fi ħdan kombinazzjoni ta' parametri referenzjarji, sabiex jiġu mqabbla mal-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fil-punt (a) tal-Artikolu 24(1);
(b)
tirrieżamina l-metodu ta' kalkolu użat biex jiġu ddeterminati l-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji, fis-suq u fil-prezz kif ukoll l-adegwatezza tal-klassifikazzjoni ta' parametri referenzjarji b'valur totali ta' strumenti finanzjarji, kuntratti finanzjarji, jew investimenti finanzjarji li jirreferenzjawhom li huwa qrib il-limiti. Tali rieżami għandu jsir mill-inqas kull sentejn mill-1 ta' Jannar 2018];
(c)
tispeċifika kif il-kriterji msemmija fil-punt (c)(iii) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati, filwaqt li titqies kwalunkwe data li tgħin biex jiġi vvalutat fuq bażi oġġettiva l-impatt potenzjali tad-diskontinwità jew l-inaffidabbiltà tal-parametru referenzjarju fuq l-integrità tas-swieq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament ta' unitajiet domestiċi u negozji fi Stat Membru wieħed jew aktar. Meta applikabbli, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi rilevanti teknoloġiċi jew tas-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|