|
+Artikolu 23 9. |
Artikolu 23 9.Sa tmiem il-perjodu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, l-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tirrieżamina l-miżuri adottati skont il-paragrafu 6. Hija għandha tirrevoka kwalunkwe waħda minnhom jekk tqis li:
(a)
il-kontributuri x'aktarx ikomplu jikkontribwixxu data tal-input għal mill-inqas sena jekk il-miżura kellha tiġi revokata, li għandu jintwera b'mill-inqas:
(i)
impenn bil-miktub mill-kontributuri lill-amministratur u lill-awtorità kompetenti li se jkomplu jikkontribwixxu data tal-input lill-parametru referenzjarju ta' importanza kritika għal mill-inqas sena jekk il-miżura kellha tiġi rrevokata;
(ii)
rapport bil-miktub mill-amministratur lill-awtorità kompetenti li jipprovdi evidenza għall-valutazzjoni tiegħu li l-vijabbiltà kontinwata tal-parametru referenzjarju ta' importanza kritika tista' tiġi żgurata ladarba l-kontribuzzjoni obbligatorja tiġi rrevokata.
(b)
il-forniment ta'parametru referenzjarju jista' jibqa' ladarba l-kontributuri li obbligati jikkontribwixxu data tal-input ikunu waqfu milli jikkontribwixxu;
(c)
huwa disponibbli parametru referenzjarju ta' sostituzzjoni aċċettabbli u li l-utenti tal-parametru referenzjarju ta' importanza kritika jistgħu jaqilbu għal dan is-sostitut bl-inqas spejjeż u dan għandu jintwera, mill-inqas, b'rapport bil-miktub mill-amministratur li jispjega l-mezzi tat-tranżizzjoni għall-parametru referenzjarju ta' sostituzzjoni u l-kapaċità u l-ispejjeż tal-utenti biex jagħmlu transizzjoni għal dan il-parametru referenzjarju; jew
(d)
l-ebda kontributur alternattiv xieraq ma jkun jista' jiġi identifikat u l-waqfien tal-kontribuzzjonijiet min-naħa tal-entitajiet rilevanti taħt superviżjoni jdgħajjef il-parametru referenzjarju b'tali mod li jkun meħtieġ il-waqfien tal-parametru referenzjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|