|
+Artikolu 24 1. |
Artikolu 24 1.Parametru referenzjarju li mhuwiex parametru referenzjarju ta’ importanza kritika għandu jkun sinifikanti meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
jintuża direttament jew indirettament f’kombinazzjoni ta’ parametri referenzjarji fl-Unjoni bħala referenza għal strumenti finanzjarji jew kuntratti finanzjarji jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment li jkollhom valur medju totali ta’ mill-inqas EUR 50 biljun fuq il-bażi tal-karatteristiċi li ġejjin tal-parametru referenzjarju, fuq perjodu ta’ sitt xhur:
(i)
il-firxa ta’ maturitajiet jew termini tal-parametru referenzjarju, fejn applikabbli;
(ii)
il-muniti kollha jew unitajiet oħra ta’ kejl tal-parametru referenzjarju, meta applikabbli; u
(iii)
il-metodoloġiji kollha tal-kalkolu tar-redditu, fejn applikabbli;
(b)
il-parametru referenzjarju jkun ġie ddeżinjat bħala sinifikanti f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3, 4 u 5, il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 6, jew il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 7. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|