|
+Artikolu 30 3. |
Artikolu 30 3.Alternattivament, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tiddikjara li:
(a)
ir-rekwiżiti vinkolanti f'pajjiż terz fir-rigward ta' amministraturi speċifiċi jew parametri referenzjarji speċifiċi jew familja ta' parametri referenzjarji huma ekwivalenti għar-rekwiżiti taħt dan ir-Regolament, b'mod partikolari meta jitqies jekk il-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta' pajjiż terz jiżgurawx il-konformità mal-prinċipji IOSCO għal parametri referenzjarji finanzjarji jew, fejn applikabbli, mal-Prinċipji IOSCO għall-PRAs; u
(b)
tali amministraturi speċifiċi jew parametri referenzjarji speċifiċi jew familji ta' parametri referenzjarji huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa f'dak il-pajjiż terz. Il-Kummissjoni tista’ tissoġġetta l-applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-adempiment effettiv minn dak il-pajjiż terz ta’ kwalunkwe kundizzjoni, li jkollha l-għan li tiżgura standards superviżorji u regolatorji ekwivalenti, stabbilita f’dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni fuq bażi kontinwa u għall-kapaċità tal-ESMA li teżerċita b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet ta’ monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Tali deċiżjoni ta' implimentazzjoni għandha tiġi adottata skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 50(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|