+Artikolu 30 Ekwivalenza
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 2a.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 3a.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.

Artikolu 30 Ekwivalenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.

Sabiex parametru referenzjarju jew kombinazzjoni ta' parametri referenzjarji forniti minn amministratur li jinsab f'pajjiż terz ikunu jistgħu jintużaw fl-Unjoni skont l-Artikolu 29(1), il-parametru referenzjarju u l-amministratur għandhom jiġu inklużi fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36. Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti sabiex jiġu inklużi fir-reġistru:

(a) 

deċiżjoni ta' ekwivalenza tiġi adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu;

(b) 

l-amministratur ikun awtorizzat jew reġistrat, u huwa soġġett għal superviżjoni fil-pajjiż terz in kwistjoni;

(c) 

l-ESMA tiġi notifikata mill-amministratur dwar il-kunsens tiegħu li l-parametri referenzjarji attwali jew prospettivi tiegħu jistgħu jintużaw mill-entitaijiet taħt superviżjoni fl-Unjoni, dwar il-lista tal-parametri referenzjarji li fir-rigward tagħhom ikunu ta l-kunsens biex jintużaw fl-Unjoni u dwar l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tiegħu fil-pajjiż terz; u

(d) 

l-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu huma operattivi;

Artikolu 30 2.

Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tgħid li l-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta' pajjiż terz jiżguraw li:

(a) 

amministraturi awtorizzati jew reġistrati f'dak il-pajjiż terz ikunu konformi ma' rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw taħt dan ir-Regolament, b'mod partikolari meta jitqies jekk il-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta' pajjiż terz jiżgurawx il-konformità mal-prinċipji IOSCO għal parametri referenzjarji finanzjarji jew, fejn applikabbli, mal-prinċipji IOSCO għall-PRAs; u

(b) 

rekwiżiti vinkolanti huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa f'dak il-pajjiż terz.

Il-Kummissjoni tista’ tissoġġetta l-applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-adempiment effettiv minn dak il-pajjiż terz ta’ kwalunkwe kundizzjoni, li jkollha l-għan li tiżgura standards superviżorji u regolatorji ekwivalenti, stabbilita f’dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni fuq bażi kontinwa u għall-kapaċità tal-ESMA li teżerċita b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet ta’ monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Tali deċiżjoni ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2).

Artikolu 30 2a.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 49 sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 30 3.

Alternattivament, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tiddikjara li:

(a) 

ir-rekwiżiti vinkolanti f'pajjiż terz fir-rigward ta' amministraturi speċifiċi jew parametri referenzjarji speċifiċi jew familja ta' parametri referenzjarji huma ekwivalenti għar-rekwiżiti taħt dan ir-Regolament, b'mod partikolari meta jitqies jekk il-qafas ġuridiku u l-prassi superviżorja ta' pajjiż terz jiżgurawx il-konformità mal-prinċipji IOSCO għal parametri referenzjarji finanzjarji jew, fejn applikabbli, mal-Prinċipji IOSCO għall-PRAs; u

(b) 

tali amministraturi speċifiċi jew parametri referenzjarji speċifiċi jew familji ta' parametri referenzjarji huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa f'dak il-pajjiż terz.

Il-Kummissjoni tista’ tissoġġetta l-applikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-adempiment effettiv minn dak il-pajjiż terz ta’ kwalunkwe kundizzjoni, li jkollha l-għan li tiżgura standards superviżorji u regolatorji ekwivalenti, stabbilita f’dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni fuq bażi kontinwa u għall-kapaċità tal-ESMA li teżerċita b’mod effettiv ir-responsabbiltajiet ta’ monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Tali deċiżjoni ta' implimentazzjoni għandha tiġi adottata skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 50(2).

Artikolu 30 3a.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 49 sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 30 4.

L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi li l-oqfsa ġuridiċi u l-prassi superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti skont il-paragrafu 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu. Meta tistabbilixxi dawk l-arranġamenti, l-ESMA għandha tqis jekk pajjiż terz inkwistjoni huwiex, f’konformità ma’ att delegat adottat skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), fil-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Tali arranġamenti għandhom jispeċifikaw mill-inqas:

▼B

(a) 

il-mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-amministratur awtorizzat f'dak il-pajjiż terz li tintalab mill-ESMA;

(b) 

il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz tqis li amministratur awtorizzat f'dak il-pajjiż terz u li tkun qiegħda twettaq superviżjoni tiegħu jkun qed jikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra fil-pajjiż terz;

(c) 

il-proċeduri dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' superviżjoni fosthom ta' spezzjonijiet fil-post.

Artikolu 30 5.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 biex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jkunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji kollha tagħhom skont dan ir-Regolament:

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2017.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.