+Artikolu 32 5.

Artikolu 32 5.

Amministratur li jinsab f’pajjiż terz li jkollu l-ħsieb li jikseb rikonoxximent kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu japplika għal rikonoxximent mal-ESMA. L-amministratur applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-ESMA li jkun stabbilixxa, fiż-żmien tar-rikonoxximent, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 fir-rigward ta’ kwalunkwe parametru referenzjarju tiegħu li jkun sinifikanti skont l-Artikolu 24, li jkun parametru referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi jew li jkun parametru referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, jew li jkun parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II. Meta jkun applikabbli, l-amministratur applikant għandu jindika l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz responsabbli mis-superviżjoni tiegħu.

Fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta u għandha tinnotifika lill-applikant kif xieraq. Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha titlob lill-applikant jissottometti l-informazzjoni nieqsa. Mas-sottomissjoni mill-applikant tal-informazzjoni mitluba, l-ESMA għandha tivvaluta mill-ġdid, fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-informazzjoni addizzjonali, jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta u għandha tinnotifika lill-applikant kif xieraq.

Fi żmien 90 jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni kompluta, l-ESMA għandha tivverifika li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 huma ssodisfati.

Fejn l-ESMA tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 mhumiex issodisfati, hija għandha tirrifjuta t-talba għal rikonoxximent u tagħti r-raġunijiet għal dak ir-rifjut. Barra minn hekk, ma għandu jingħata l-ebda rikonoxximent ħlief jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

fejn amministratur li jkun jinsab f’pajjiż terz ikun soġġett għal superviżjoni, ikun hemm arranġament adegwat ta’ kooperazzjoni fis-seħħ bejn l-ESMA u l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn jinsab l-amministratur, f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 30(5), sabiex jiġi żgurat skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz taqdi dmirijietha f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(b) 

l-eżerċizzju effettiv mill-ESMA tal-funzjonijiet superviżorji tagħha taħt dan ir-Regolament ma jkun impedut la mil-liġijiet, mir-regolamenti jew mid-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-pajjiż terz fejn ikun jinsab l-amministratur, u lanqas, fejn applikabbli, mil-limitazzjonijiet fis-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.