+Artikolu 32 Rikonoxximent ta' amministratur li jinsab f'pajjiż terz
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 8.
---+Artikolu 32 9.

Artikolu 32 Rikonoxximent ta' amministratur li jinsab f'pajjiż terz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 2.
Amministratur ta’ parametru referenzjarju sinifikanti, ta’ Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi, ta’ Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew ta’ parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġett għall-Anness II li jinsab f’pajjiż terz li għandu l-intenzjoni li jikseb rikonoxximent għandu jikkonforma ma’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 11(4) u l-Artikoli 16, 20, 21 u 23. L-amministratur jista’ jissodisfa dik il-kundizzjoni billi japplika l-prinċipji tal-IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew il-prinċipji tal-IOSCO għall-PRAs, kif applikabbli, dment li tali applikazzjoni tkun ekwivalenti għall-konformità ma’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 11(4) u l-Artikoli 16, 20, 21 u 23.

Meta tiddetermina jekk il-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu hijiex issodisfata u tivvaluta l-konformità mal-prinċipji tal-IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew mal-prinċipji tal-IOSCO għall-PRAs, kif applikabbli, l-ESMA tista’ tqis:

(a) 

valutazzjoni tal-amministratur minn awditur estern indipendenti;

(b) 

ċertifikazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-amministratur tal-pajjiż terz fejn jinsab l-amministratur.

Meta, u sal-punt li, amministratur li jinsab f’pajjiż terz ikun jista’ juri li parametru referenzjarju li jipprovdi jkun parametru referenzjarju ta’ data regolata, jew parametru referenzjarju ta’ komodità soġġett għall-Anness II, l-amministratur ma għandux ikun obbligat jikkonforma mar-rekwiżiti li, skont l-Artikoli 17 u 19, ma humiex applikabbli għall-forniment ta’ parametri referenzjarji ta’ data regolata u ta’ parametri referenzjarji ta’ komoditajiet soġġetti għall-Anness II.

Artikolu 32 3.
Amministratur li jinsab f’pajjiż terz li jkollu l-ħsieb li jikseb rikonoxximent għandu jkollu rappreżentant legali. Ir-rappreżentant legali għandu jkun persuna ġuridika li tinsab fl-Unjoni u espressament maħtura minn dak l-amministratur biex taġixxi f’isem dak l-amministratur fir-rigward tal-obbligi tal-amministratur taħt dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant legali għandu, flimkien mal-amministratur, iwettaq il-funzjoni ta’ sorveljanza relatata mal-forniment ta’ parametri referenzjarji mwettqa mill-amministratur fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u jkun responsabbli lejn l-ESMA. L-ESMA tista’ timponi miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 48e, jew penali f’konformità mal-Artikolu 48f, fuq l-amministratur jew ir-rappreżentant legali għal ksur elenkat fl-Artikolu 42(1), il-punt (a), jew fir-rigward ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità f’investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba koperta mit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4, kif applikabbli.
Artikolu 32 5.
Amministratur li jinsab f’pajjiż terz li jkollu l-ħsieb li jikseb rikonoxximent kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu japplika għal rikonoxximent mal-ESMA. L-amministratur applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-ESMA li jkun stabbilixxa, fiż-żmien tar-rikonoxximent, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 fir-rigward ta’ kwalunkwe parametru referenzjarju tiegħu li jkun sinifikanti skont l-Artikolu 24, li jkun parametru referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi jew li jkun parametru referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, jew li jkun parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II. Meta jkun applikabbli, l-amministratur applikant għandu jindika l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz responsabbli mis-superviżjoni tiegħu.

Fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta u għandha tinnotifika lill-applikant kif xieraq. Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha titlob lill-applikant jissottometti l-informazzjoni nieqsa. Mas-sottomissjoni mill-applikant tal-informazzjoni mitluba, l-ESMA għandha tivvaluta mill-ġdid, fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-informazzjoni addizzjonali, jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta u għandha tinnotifika lill-applikant kif xieraq.

Fi żmien 90 jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni kompluta, l-ESMA għandha tivverifika li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 huma ssodisfati.

Fejn l-ESMA tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 mhumiex issodisfati, hija għandha tirrifjuta t-talba għal rikonoxximent u tagħti r-raġunijiet għal dak ir-rifjut. Barra minn hekk, ma għandu jingħata l-ebda rikonoxximent ħlief jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

fejn amministratur li jkun jinsab f’pajjiż terz ikun soġġett għal superviżjoni, ikun hemm arranġament adegwat ta’ kooperazzjoni fis-seħħ bejn l-ESMA u l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn jinsab l-amministratur, f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 30(5), sabiex jiġi żgurat skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz taqdi dmirijietha f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(b) 

l-eżerċizzju effettiv mill-ESMA tal-funzjonijiet superviżorji tagħha taħt dan ir-Regolament ma jkun impedut la mil-liġijiet, mir-regolamenti jew mid-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-pajjiż terz fejn ikun jinsab l-amministratur, u lanqas, fejn applikabbli, mil-limitazzjonijiet fis-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz.

Artikolu 32 8.

L-ESMA għandha tissospendi jew, fejn xieraq, tirtira r-rikonoxximent mogħti f’konformità mal-paragrafu 5 fejn hija jkollha raġunijiet sodi, abbażi tal-evidenza ddokumentata, sabiex tqis li l-amministratur:

(a) 

qed jaġixxi b’mod li huwa evidentement ta’ preġudizzju għall-interessi tal-utenti tal-parametri referenzjarji tiegħu jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq;

(b) 

ikun kiser serjament ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(c) 

ikun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew uża kwalunkwe mezz irregolari ieħor sabiex jikseb ir-rikonoxximent.

Artikolu 32 9.
L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-forma u l-kontenut tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 u, b'mod partikolari, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni rikjesta fil-paragrafu 6.

Fl-eventwalità li tali abbozz ta' standards tekniċi regolatorji jiġi żviluppat, l-ESMA għandha tissottomettih lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.