|
+Artikolu 36 1. |
Artikolu 36 1.L-ESMA għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru pubbliku li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-identitajiet, inkluż, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI), tal-amministraturi awtorizzati jew irreġistrati skont l-Artikolu 34 u, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom;
(b)
l-identitajiet, inklużi, fejn disponibbli, il-LEI ta’ amministraturi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30(1), il-lista ta’ parametri referenzjarji inklużi, fejn disponibbli, in-Numri Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISINs) tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 30(1), il-punt (c), u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tagħhom;
(c)
l-identitajiet, inklużi, fejn disponibbli, il-LEI tal-amministraturi li jkunu akkwistaw ir-rikonoxximent f’konformità mal-Artikolu 32, il-lista ta’ parametri referenzjarji, inklużi, fejn disponibbli, l-ISINs tagħhom, provduti minn dawk l-amministraturi li jistgħu jintużaw fl-Unjoni u, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tagħhom;
(d)
il-parametri referenzjarji, inklużi, fejn disponibbli, l-ISINs tagħhom, li huma approvati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33, l-identitajiet tal-amministraturi tagħhom, u l-identitajiet, inkluż, fejn disponibbli, il-LEI, tal-amministraturi li jagħtu l-approvazzjoni;
(e)
il-parametri referenzjarji, inklużi, fejn disponibbli, l-ISINs tagħhom, soġġetti għal dikjarazzjoni ppubblikata mill-ESMA jew minn awtorità kompetenti skont l-Artikolu 24(2), u iperlinks għal tali dikjarazzjonijiet;
(f)
il-parametri referenzjarji, inklużi, fejn disponibbli, l-ISINs tagħhom, soġġetti għal deżinjazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti nnotifikati lill-ESMA skont l-Artikolu 24(3) jew (7), u iperlinks għal tali deżinjazzjonijiet;
(g)
il-parametri referenzjarji, inklużi, fejn disponibbli, l-ISINs tagħhom, soġġetti għal deżinjazzjonijiet mill-ESMA, u iperlinks għal tali deżinjazzjonijiet;
(h)
il-parametri referenzjarji, inklużi, fejn disponibbli, l-ISINs tagħhom, soġġetti għal avviżi pubbliċi maħruġa mill-ESMA u mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 24a(6), u l-iperlinks għal tali avviżi pubbliċi;
(i)
il-lista ta’ Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, inklużi, fejn disponibbli, l-ISINs tagħhom, disponibbli għall-użu fl-Unjoni;
(j)
il-lista ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, inklużi, fejn disponibbli, l-ISINs tagħhom;
(k)
il-lista ta’ parametri referenzjarji tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II disponibbli għall-użu fl-Unjoni, inklużi, fejn disponibbli, l-ISINs tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|