+Artikolu 46 Kulleġġi
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 46 6.
---+Artikolu 46 7.
---+Artikolu 46 8.
---+Artikolu 46 9.
---+Artikolu 46 10.
---+Artikolu 46 11.
|
Artikolu 46 Kulleġġi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1.
|
Fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-inklużjoni ta’ parametru referenzjarju msemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 20(1) fil-lista ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika, bl-eċċezzjoni ta’ parametri referenzjarji fejn il-maġġoranza tal-kontributuri mhumiex entitajiet taħt superviżjoni, l-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tistabbilixxi kulleġġ u tmexxi l-kulleġġ.
|
|
Artikolu 46 2.
|
Il-kulleġġ għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtorità kompetenti tal-amministratur, tal-ESMA, sakemm din ma tkunx l-awtorità kompetenti tal-amministratur, u tal-awtoritajiet kompetenti tal-kontributuri taħt superviżjoni.
|
|
Artikolu 46 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra għandhom id-dritt ikunu membri tal-kulleġġ meta, li kieku l-parametru referenzjarju ta' importanza kritika in kwistjoni kellu ma jibqax jiġi fornut, ikun hemm impatt negattiv sinifikanti fuq l-integrita' tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali jew il-funzjonament ta' unitajiet domestiċi u negozji ta' dawk l-Istati Membri. Meta awtorità kompetenti jkollha l-intenzjoni li ssir membru ta' kulleġġ, hija għandha tressaq talba lill-awtorità kompetenti tal-amministratur li jkun fiha evidenza li r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu huma ssodisfati. L-awtorità kompetenti rilevanti tal-amministratur għandha tikkunsidra t-talba u tinnotifika lill-awtorità li tkun ressqet it-talba fi żmien 20 jum ta' xogħol minn meta tasal it-talba jekk hija tikkunsidrax li dawk ir-rekwiżiti ġew issodisfati. Meta tqis li dawk ir-rekwiżiti ma jkunux ġew issodisfati, l-awtorità li tkun ressqet it-talba tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA skont il-paragrafu 9.
|
|
Artikolu 46 4.
|
L-ESMA għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effettiv u konsistenti tal-kulleġġi msemmija f'dan l-Artikolu skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Għal dak l-għan, l-ESMA għandha tipparteċipa kif xieraq u titqies bħala awtorità kompetenti għal dak l-għan. Meta l-ESMA taġixxi skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward ta' parametru referenzjarju ta' importanza kritika, din għandha tiżgura skambju xieraq ta' informazzjoni u kooperazzjoni mal-membri l-oħra tal-kulleġġ.
|
|
Artikolu 46 5.
|
L-awtorità kompetenti ta' amministratur għandha tippresjedi l-laqgħat tal-kulleġġ, tikkoordina l-azzjonijiet tal-kulleġġ u tiżgura skambju effiċjenti ta' informazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ. Meta amministratur iforni aktar minn parametru referenzjarju ta' importanza kritika wieħed, l-awtorità kompetenti ta' dak l-amministratur tista' tistabbilixxi kulleġġ uniku fir-rigward tal-parametri referenzjarji kollha fornuti minn dak l-amministratur.
|
|
Artikolu 46 6.
|
L-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tistabbilixxi arranġamenti bil-miktub fil-qafas tal-kulleġġ fir-rigward tas-suġġetti li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti;
(b)
il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-perjodu ta' żmien li fih għandha tittieħed kull deċiżjoni;
(c)
il-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jridu jikkonsultaw lil xulxin;
(d)
il-kooperazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikolu 23(7) u (8).
|
|
Artikolu 46 7.
|
L-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tqis kif dovut kwalunkwe parir mogħti mill-ESMA rigward l-arranġamenti bil-miktub skont il-paragrafu 6 qabel ma taqbel dwar it-test finali tagħhom. L-arranġamenti bil-miktub għandhom ikunu stipulati f'dokument uniku li jkun fih ir-raġunijiet sħaħ għal kwalunkwe tbegħid sinifikattiv mill-parir tal-ESMA. L-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tittrasmetti l-arranġamenti bil-miktub lill-membri tal-kulleġġ u lill-ESMA.
|
|
Artikolu 46 8.
|
Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikolu 23(6), (7) u (9), u l-Artikoli 34, 35 u 42, l-awtorità kompetenti ta' amministratur għandha tikkonsulta lill-membri tal-kulleġġ. Il-membri tal-kulleġġ għandhom jagħmlu dak kollu li huwa raġonevolment fis-setgħa tagħhom biex jilħqu ftehim fi ħdan il-perjodu ta' żmien speċifikat fl-arranġamenti bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-amministratur li tieħu tali miżuri għandha tqis l-impatt fuq l-Istati Membri l-oħra kkonċernati, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji tagħhom. Fir-rigward ta' deċiżjoni biex tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta' amministratur skont l-Artikolu 35, fejn il-waqfien ta' parametru referenzjarju jirriżulta f'avveniment ta' force majeure, jiffrustra jew inkella jikser it-termini ta' kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju jew ir-regoli ta' kwalunkwe fond ta' investiment li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju fl-Unjoni, fi ħdan it-tifsira speċifikata mill-Kummissjoni fi kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikolu 51(6), l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-kulleġġ għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx jiġu adottati miżuri li jimmitigaw l-effetti msemmija f'dan il-paragrafu, inkluż:
(a)
bidla fil-kodiċi tal-kondotta imsemmija fl-Artikolu 15, il-metodoloġija jew regoli oħra tal-parametru referenzjarju;
(b)
perjodu tranżitorju, li matulu l-proċeduri previsti skont l-Artikolu 28(2) għandhom japplikaw.
|
|
Artikolu 46 9.
|
Fin-nuqqas ta' qbil bejn il-membri ta' kulleġġ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-ESMA kwalunkwe sitwazzjoni minn dawn li ġejjin:
(a)
meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ikkomunikat informazzjoni essenzjali;
(b)
meta, wara talba li ssir skont il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-amministratur tkun innotifikat lill-awtorità li tkun ressqet it-talba li r-rekwiżiti ta' dak il-paragrafu ma ġewx issodisfati jew meta ma tkunx aġixxiet fi żmien raġonevoli fir-rigward tat-tali talba;
(c)
meta l-awtoritajiet kompetenti ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim dwar il-kwistjonijiet stipulati fil-paragrafu 6;
(d)
meta jkun hemm nuqqas ta' qbil rigward il-miżura li trid tittieħed f'konformità mal-Artikoli 34, 35 u 42;
(e)
meta jkun hemm nuqqas ta' qbil rigward il-miżura li trid tittieħed f'konformità mal-Artikoli 23(6);
(f)
meta jkun hemm nuqqas ta' qbil rigward il-miżura li trid tittieħed f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 46 10.
|
Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c), (d) u (f) tal-paragrafu 9, jekk il-kwistjoni ma tiġix solvuta fi żmien 30 jum wara r-riferiment lill-ESMA, l-awtorità kompetenti ta' amministratur għandha tieħu d-deċiżjoni finali u tipprovdi spjegazzjoni dettaljata bil-miktub tad-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dak il-paragrafu u lill-ESMA. Il-perjodu ta' żmien imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 34(6) għandu jkun sospiż mid-data ta' riferiment lill-ESMA sakemm tittieħed deċiżjoni f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Meta l-ESMA tikkunsidra li l-awtorità kompetenti tal-amministratur tkun ħadet kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu li tista' ma tkunx f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, hi għandha taġixxi b'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 46 11.
|
Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, l-ESMA tista' taġixxi f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Is-setgħa tal-awtorità kompetenti ta' amministratur skont l-Artikolu 23(6) tista' tiġi eżerċitata sa tali żmien meta l-ESMA tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|