+Artikolu 48g Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
---+Artikolu 48g 1.
---+Artikolu 48g 2.
---+Artikolu 48g 3.
---+Artikolu 48g 4.
|
Artikolu 48g Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48g 1.
|
L-ESMA għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi ħlasijiet perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel:
(a)
persuna ttemm ksur f’konformità ma’ deċiżjoni meħuda skont il-punt (a) tal-Artikolu 48e(1);
(b)
persuna msemmija fl-Artikolu 48b(1):
(i)
tipprovdi informazzjoni kompleta li tkun intalbet permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 48b;
(ii)
tissottometti għal investigazzjoni u, b’mod partikolari, tipproduċi rekords, data u proċeduri kompluti jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ u timla u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 48c;
(iii)
tissottometti għal spezzjoni fuq il-post ordnata permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 48d.
|
|
Artikolu 48g 2.
|
Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal kull ġurnata ta’ dewmien.
|
|
Artikolu 48g 3.
|
Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena ta’ negozju preċedenti, jew, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tad-dħul medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Għandu jiġi kkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali.
|
|
Artikolu 48g 4.
|
Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perijodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-ESMA. Wara li dan il-perijodu jintemm, l-ESMA għandha tirrivedi l-miżura.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|