+Artikolu 48h Id-divulgazzjoni, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali
---+Artikolu 48h 1.
---+Artikolu 48h 2.
---+Artikolu 48h 3.
---+Artikolu 48h 4.
---+Artikolu 48h 5.

Artikolu 48h Id-divulgazzjoni, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48h 1.
L-ESMA għandha tiddivulga lill-pubbliku kull multa u kull pagament perjodiku ta’ penali li jkunu ġew imposti skont l-Artikoli 48f u 48g, sakemm tali divulgazzjoni lill-pubbliku ma tipperikolax serjament is-swieq finanzjarji jew sakemm ma tikkawżax dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali żvelar ma għandux jinkludi data personali fis-sens tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ).
Artikolu 48h 2.
Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 48f u 48g għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva.
Artikolu 48h 3.
Fejn l-ESMA tiddeċiedi li ma timponi ebda multa jew pagament ta’ penali, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat dwar dan u għandha tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 48h 4.
Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 48f u 48g għandhom ikunu infurzabbli.

L-infurzar għandu jkun regolat mir-regoli tal-proċedura fis-seħħ fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz li fih jitwettaq.

Artikolu 48h 5.
L-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.