►M6
Fejn, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Artikolu 42(1), il-punt (a), jew ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità f’investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba koperta mit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4, l-ESMA għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fi ħdan l-ESMA sabiex jinvestiga l-kwistjoni.;
◄ L-uffiċjal maħtur ma għandux jiġi involut jew ikun ġie involut, direttament jew indirettament, fis-superviżjoni tal-parametri referenzjarji li l-ksur ikun jirrigwarda u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.