+Artikolu 48i Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
---+Artikolu 48i 1.
---+Artikolu 48i 2.
---+Artikolu 48i 3.
---+Artikolu 48i 4.
---+Artikolu 48i 5.
---+Artikolu 48i 6.
---+Artikolu 48i 7.
---+Artikolu 48i 8.
---+Artikolu 48i 9.
---+Artikolu 48i 10.
---+Artikolu 48i 11.

Artikolu 48i Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48i 1.
►M6  Fejn, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Artikolu 42(1), il-punt (a), jew ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità f’investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba koperta mit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4, l-ESMA għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fi ħdan l-ESMA sabiex jinvestiga l-kwistjoni.; ◄ L-uffiċjal maħtur ma għandux jiġi involut jew ikun ġie involut, direttament jew indirettament, fis-superviżjoni tal-parametri referenzjarji li l-ksur ikun jirrigwarda u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.
Artikolu 48i 2.
L-uffiċjal ta’ investigazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvestiga l-allegat ksur, filwaqt li jikkunsidra kwalunkwe kumment sottomess mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jissottometti fajl komplut bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.
Artikolu 48i 3.
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jitlob informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 48b u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 48c u 48d.
Artikolu 48i 4.
Meta jwettaq dawk il-kompiti, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jkunu nġabru mill-ESMA fl-attivitajiet superviżorji tagħha.
Artikolu 48i 5.
Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel jippreżenta l-fajl bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni soġġetti għall-investigazzjoni l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qegħdin jiġu investigati. L-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jibbaża l-konstatazzjonijiet tiegħu biss fuq fatti li dwarhom il-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw.
Artikolu 48i 6.
Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu.
Artikolu 48i 7.
Meta jippreżenta l-fajl bil-konstatazzjonijiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, l-uffiċjal ta’ investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt tal-aċċess għall-fajl ma għandux jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi.
Artikolu 48i 8.
Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, meta tintalab mill-persuni kkonċernati, wara li tkun semgħet lil dawk il-persuni f’konformità mal-Artikolu 48j, l-ESMA għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Artikolu 42(1), il-punt (a), jew nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità f’investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba koperti mit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4, ikunx twettaq mill-persuni soġġetti għall-investigazzjoni u, f’tali każ, għandha tieħu miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 48e u timponi multa f’konformità mal-Artikolu 48f, kif applikabbli.
Artikolu 48i 9.
L-uffiċjal ta’ investigazzjoni ma għandux jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA jew jintervjeni bi kwalunkwe mod ieħor fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.
Artikolu 48i 10.
Sal-1 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 49 sabiex tispeċifika r-regoli ta’ proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħa li jiġu imposti multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ difiża, dispożizzjonijiet temporali, u l-ġbir ta’ multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, kif ukoll il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali.
Artikolu 48i 11.
L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fejn, fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament, hija ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali fejn il-liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna preċedenti, riżultanti minn fatt jew fatti identiċi li jkunu sostanzjalment l-istess, ikunu diġà kisbu l-forza ta’ res judicata bħala riżultat ta’ proċedimenti kriminali taħt il-liġi nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.