+Artikolu 48m Id-delega ta’ kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 48m 1.
---+Artikolu 48m 2.
---+Artikolu 48m 3.
---+Artikolu 48m 4.
---+Artikolu 48m 5.
|
Artikolu 48m Id-delega ta’ kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48m 1.
|
Fejn meħtieġ għat-twettiq adatt ta’ kompitu superviżorju, l-ESMA tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lil awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont il-linji gwida maħruġin mill-ESMA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010. Tali kompiti superviżorji speċifiċi jistgħu, b’mod partikolari, jinkludu s-setgħa li jitwettqu talbiet għal informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 48b u li jsiru investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 48c u 48d. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorizzazzjoni ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika ma għandhiex tiġi ddelegata.
|
|
Artikolu 48m 2.
|
Qabel tiddelega kompitu f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar:
(a)
l-ambitu tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat;
(b)
l-iskeda ta’ żmien għat-twettiq tal-kompitu; u
(c)
it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-ESMA u lilha.
|
|
Artikolu 48m 3.
|
F’konformità mal-att delegat skont l-Artikolu 48l(3), l-ESMA għandha tirrimborża lil awtorità kompetenti għal spejjeż imġarrba bħala riżultat tat-twettiq tal-kompiti ddelegati.
|
|
Artikolu 48m 4.
|
L-ESMA għandha tirrivedi kwalunkwe delega magħmula f’konformità mal-paragrafu 1 f’intervalli xierqa. Delega tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin.
|
|
Artikolu 48m 5.
|
Id-delega ta’ kompiti ma għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-ESMA u lanqas ma għandha tillimita l-kapaċità tal-ESMA li twettaq u tissorvelja l-attività ddelegata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|