+Artikolu 51 4c.

Artikolu 51 4c.

Meta l-awtoritajiet kompetenti jew l-ESMA jkollhom l-intenzjoni li jeddeżinjaw bħala sinifikanti parametru referenzjarju pprovdut minn amministratur li kien inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36 fil-31 ta’ Diċembru 2025 jew meta l-ESMA jkollha l-ħsieb li tiddeżinja bħala sinifikanti parametru referenzjarju li ġie inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36 fil-31 ta’ Diċembru 2025, l-awtoritajiet kompetenti jew l-ESMA, kif applikabbli, għandhom jagħmlu dan sat-30 ta’ Settembru 2026.

L-amministraturi ta’ parametri referenzjarji li fil-31 ta’ Diċembru 2025 kienu inklużi fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36 kif awtorizzati, irreġistrati jew rikonoxxuti, jew bħala amministraturi li jagħtu l-approvazzjoni, għandhom iżommu dak l-istatus sat-30 ta’ Settembru 2026 u:

(a) 

meta wieħed jew aktar mill-parametri referenzjarji tagħhom ikunu sinifikanti skont l-Artikolu 24(1), il-punt (a), dawk l-amministraturi ma għandhomx ikunu obbligati jerġgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni, rikonoxximent jew approvazzjoni skont l-Artikolu 24a(1);

(b) 

meta wieħed jew aktar mill-parametri referenzjarji tagħhom ikunu Parametru Referenzjarju tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, jew parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, dawk l-amministraturi ma għandhomx ikunu obbligati jerġgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni, rikonoxximent jew approvazzjoni skont l-Artikolu 34;

(c) 

meta wieħed jew aktar mill-parametri referenzjarji tagħhom jiġu ddeżinjati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 24(3) jew (6) fit-30 ta’ Settembru 2026 jew qabel, dawk l-amministraturi ma għandhomx ikunu obbligati jerġgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni, rikonoxximent jew approvazzjoni skont l-Artikolu 24a(2) jew (3), kif applikabbli;

(d) 

meta l-ebda wieħed mill-parametri referenzjarji tagħhom ma jkun sinifikanti skont l-Artikolu 24 fit-30 ta’ Settembru 2026, Parametru Referenzjarju tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, jew parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, u dawk l-amministraturi jitolbu deżinjazzjoni ta’ wieħed jew aktar mill-parametri referenzjarji tagħhom bħala sinifikanti skont l-Artikolu 24(7) sal-1 ta’ Jannar 2027, dawk l-amministraturi ma għandhomx ikunu obbligati jerġgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni meta dik it-talba twassal għal deżinjazzjoni.

Parametru referenzjarju tal-kambju spot fornut minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz jista’ jintuża għal strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji eżistenti u ġodda, jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 18a(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.