+Artikolu 51 Dispożizzjonijiet tranżitorji
---+Artikolu 51 1.
---+Artikolu 51 2.
---+Artikolu 51 3.
---+Artikolu 51 4.
---+Artikolu 51 4a.
---+Artikolu 51 4b.
---+Artikolu 51 4c.
---+Artikolu 51 5.
---+Artikolu 51 6.
|
Artikolu 51 Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 51 1.
|
Fornitur tal-indiċi li jforni parametru referenzjarju fit-30 ta' Ġunju 2016 japplika għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni skont l-Artikolu 34 sal-1 ta' Jannar 2020.
|
|
Artikolu 51 2.
|
Sal-1 ta' Jannar 2020, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsab il-fornitur tal-indiċi li japplika għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 34 għandu jkollu s-setgħa li jiddeċiedi li jirreġistra lil dak il-fornitur tal-indiċi bħala amministratur anki jekk ma tkunx entità taħt superviżjoni, skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
dak il-fornitur tal-indiċi ma għandux jipprovdi parametru referenzjarju ta' importanza kritika;
(b)
l-awtorità kompetenti tkun konxja, fuq bażi raġonevoli, li l-indiċi jew indiċijiet pprovduti mill-fornitur tal-indiċi ma għandhomx użu mifrux, skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament, fl-Istat Membru fejn jinsab il-fornitur tal-indiċi kif ukoll fi Stati Membri oħra.
L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA dwar id-deċiżjoni tagħha adottata skont l-ewwel subparagrafu. L-awtorità kompetenti għandha żżomm evidenza tar-raġunijiet wara d-deċiżjoni tagħha adottata skont l-ewwel subparagrafu, f'tali forma li fiha jkunu jistgħu jiġu mifhuma bis-sħiħ l-evalwazzjonijiet tal-awtorità kompetenti li l-indiċi jew indiċijiet pprovduti mill-fornitur tal-indiċi ma għandhomx użu mifrux, inkluż kwalunkwe data tas-suq, sentenza jew tagħrif ieħor, kif ukoll informazzjoni rċevuta mill-fornitur tal-indiċi.
|
|
Artikolu 51 3.
|
Fornitur tal-indiċi jista' jibqa' jipproduċi parametru referenzjarju eżistenti li jista' jibqa' jintuża minn entitajiet taħt superviżjoni sal-1 ta' Jannar 2020, jew fejn il-fornitur tal-indiċi jressaq applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni skont il-paragrafu 1, sakemm u sa meta din l-awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni tiġi rifjutata.
|
|
Artikolu 51 4.
|
Fejn parametru referenzjarju eżistenti ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, iżda t-tmiem jew tibdil f'dak il-parametru referenzjarju biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament iwassal għal avveniment ta' force majeure, iwaqqa' jew inkella jikser it-termini ta' kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju jew ir-regoli ta' kwalunkwe fond ta' investiment, li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju, l-użu ta' parametru referenzjarju għandu jkun permess mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsab il-fornitur tal-indiċi. L-ebda strument finanzjarju, kuntratt finanzjarju jew kejl tal-prestazzjoni ta' fond ta' investiment ma għandhom iżidu referenza ma' tali parametru referenzjarju eżistenti sal-1 ta' Jannar 2020.
|
|
Artikolu 51 4a.
|
Fornitur tal-indiċi jista’ jibqa’ jipprovdi parametru referenzjarju eżistenti li ġie rikonoxxut bħala parametru referenzjarju ta’ importanza kritika permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 sal-31 ta’ Diċembru 2021 jew, fejn il-fornitur tal-indiċi jressaq applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, sakemm tali awtorizzazzjoni ma tiġix rifjutata u sa meta tiġi rifjutata.
|
|
Artikolu 51 4b.
|
Parametru referenzjarju eżistenti li ġie rikonoxxut bħala parametru referenzjarju ta’ importanza kritika permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 jista’ jintuża għal strumenti finanzjarji eżistenti u ġodda, għal kuntratti finanzjarji, jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment sal-31 ta’ Diċembru 2021 jew, fejn il-fornitur tal-indiċi jressaq applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, sakemm tali awtorizzazzjoni ma tiġix rifjutata u sa meta tiġi rifjutata.
|
|
Artikolu 51 4c.
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti jew l-ESMA jkollhom l-intenzjoni li jeddeżinjaw bħala sinifikanti parametru referenzjarju pprovdut minn amministratur li kien inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36 fil-31 ta’ Diċembru 2025 jew meta l-ESMA jkollha l-ħsieb li tiddeżinja bħala sinifikanti parametru referenzjarju li ġie inkluż fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36 fil-31 ta’ Diċembru 2025, l-awtoritajiet kompetenti jew l-ESMA, kif applikabbli, għandhom jagħmlu dan sat-30 ta’ Settembru 2026. L-amministraturi ta’ parametri referenzjarji li fil-31 ta’ Diċembru 2025 kienu inklużi fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 36 kif awtorizzati, irreġistrati jew rikonoxxuti, jew bħala amministraturi li jagħtu l-approvazzjoni, għandhom iżommu dak l-istatus sat-30 ta’ Settembru 2026 u:
(a)
meta wieħed jew aktar mill-parametri referenzjarji tagħhom ikunu sinifikanti skont l-Artikolu 24(1), il-punt (a), dawk l-amministraturi ma għandhomx ikunu obbligati jerġgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni, rikonoxximent jew approvazzjoni skont l-Artikolu 24a(1);
(b)
meta wieħed jew aktar mill-parametri referenzjarji tagħhom ikunu Parametru Referenzjarju tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, jew parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, dawk l-amministraturi ma għandhomx ikunu obbligati jerġgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni, rikonoxximent jew approvazzjoni skont l-Artikolu 34;
(c)
meta wieħed jew aktar mill-parametri referenzjarji tagħhom jiġu ddeżinjati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 24(3) jew (6) fit-30 ta’ Settembru 2026 jew qabel, dawk l-amministraturi ma għandhomx ikunu obbligati jerġgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni, rikonoxximent jew approvazzjoni skont l-Artikolu 24a(2) jew (3), kif applikabbli;
(d)
meta l-ebda wieħed mill-parametri referenzjarji tagħhom ma jkun sinifikanti skont l-Artikolu 24 fit-30 ta’ Settembru 2026, Parametru Referenzjarju tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, jew parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, u dawk l-amministraturi jitolbu deżinjazzjoni ta’ wieħed jew aktar mill-parametri referenzjarji tagħhom bħala sinifikanti skont l-Artikolu 24(7) sal-1 ta’ Jannar 2027, dawk l-amministraturi ma għandhomx ikunu obbligati jerġgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni meta dik it-talba twassal għal deżinjazzjoni.
Parametru referenzjarju tal-kambju spot fornut minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz jista’ jintuża għal strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji eżistenti u ġodda, jew għall-kejl tal-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 18a(3).
|
|
Artikolu 51 5.
|
Dment li l-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni ta’ ekwivalenza kif imsemmi fil-paragrafu (2) jew (3) tal-Artikolu 30,ma jkunx ġie rikonoxxut amministratur skont l-Artikolu 32 jew ma jkunx ġie approvat parametru referenzjarju skont l-Artikolu 33, l-użu fl-Unjoni minn entitajiet taħt superviżjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ pajjiż terz għandu jiġi permess biss għal strumenti finanzjarji, kuntratti finanzjarji u kejl tal-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment li diġà jagħmlu referenza għal dak il-parametru referenzjarju jew li jżidu referenza għal tali parametru referenzjarju qabel il-31 ta’ Diċembru 2023. L-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal parametri referenzjarji pprovduti minn amministraturi li jirrilokaw mill-Unjoni għal pajjiż terz matul il-perjodu tranżitorju. L-awtorità nazzjonali għandha tinnotifika lill-ESMA b’konformità mal-Artikolu 35. L-ESMA għandha tfassal lista ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi li għalihom l-ewwel subparagrafu ma japplikax. Fejn ESMA tkun irċeviet, sal-31 ta’ Diċembru 2025, applikazzjoni għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 32(5) minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz li jipprovdi Parametru Referenzjarju tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, jew parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II, jew applikazzjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 33(1) għall-Parametru Referenzjarju tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE jew parametru referenzjarju tal-komoditajiet soġġetti għall-Anness II provduti mill-amministratur li jinsab f’pajjiż terz, il-parametru referenzjarju kkonċernat jista’ jintuża għal strumenti finanzjarji eżistenti u ġodda u għal kuntratti finanzjarji, sakemm u sa meta r-rikonoxximent jew l-approvazzjoni tal-amministratur tiegħu ma jiġux irrifjutati mill-ESMA.
|
|
Artikolu 51 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 49 dwar il-miżuri sabiex jiġu determinati l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom l-awtorità kompetenti rilevanti tista' tivvaluta jekk it-twaqqif jew it-tibdil ta' parametru referenzjarju eżistenti biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jistax iwassal għal avveniment ta' force majeure, jiffrustra jew inkella jikser it-termini ta' kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju jew ir-regoli ta' kwalunkwe fond ta' investiment li jirreferenzja tali parametru referenzjarju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|