+Artikolu 54 Rieżami
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
---+Artikolu 54 5.
---+Artikolu 54 6.
---+Artikolu 54 7.
---+Artikolu 54 8.
|
Artikolu 54 Rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1.
|
Sal-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan ir-Regolament u partikolarment dwar:
(a)
il-funzjonament u l-effikaċja tar-reġim tal-parametri referenzjarji ta' importanza kritika, ta' amministrazzjoni obbligatorja u l-kontribuzzjoni obbligatorja skont l-Artikoli 20, 21 u 23 u d-definizzjoni ta' parametru referenzjarju ta' importanza kritika fil-punt (25) tal-Artikolu 3(1);
(b)
l-effikaċja tal-awtorizzazzjoni, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-reġim skont it-Titolu VI u tal-kulleġġi skont l-Artikolu 46, u l-adegwatezza tas-superviżjoni ta' ċerti parametri referenzjarji minn korp tal-Unjoni;
(c)
il-funzjonament u l-effikaċja tal-Artikolu 19(2), b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.
|
|
Artikolu 54 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-evoluzzjoni ta' prinċipji internazzjonali applikabbli għal parametri referenzjarji u ta' oqfsa legali u prassi superviżorji f'pajjiżi terzi dwar il-forniment ta' parametri referenzjarji u tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill kull ħames snin wara l-1 ta' Jannar 2018. Dak ir-rapport għandu jivvaluta b'mod partikolari jekk hemmx bżonn li dan ir-Regolament jiġi emendat u għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, jekk adatt.
|
|
Artikolu 54 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 49 biex testendi l-perjodu ta' 42 xahar imsemmi fl-Artikolu 51(2) b'24 xahar, jekk ir-rapport imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jipprovdi evidenza li r-reġim ta' reġistrazzjoni tranżitorju skont l-Artikolu 51(2) ma jkunx ta' ħsara għal kultura superviżorja komuni Ewropea u għal prassi superviżorji u approċċi konsistenti fost l-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 54 4.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-istandards minimi għal Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u għal Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi sabiex tiżgura li l-għażla tal-assi sottostanti tkun koerenti ma’ investimenti ambjentalment sostenibbli kif definiti f’qafas għall-Unjoni kollha.
|
|
Artikolu 54 5.
|
Qabel il-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt ta’ dan ir-Regolament u l-fattibbiltà ta’ “parametru referenzjarju ESG”, b’kont meħud tan-natura li qed tevolvi tal-indikaturi tas-sostenibbiltà u l-metodi użati biex dawn jitkejlu. Dak ir-rapport, meta jkun xieraq, għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġislattiva.
|
|
Artikolu 54 6.
|
Sal-15 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu kontinwu minn entitajiet taħt superviżjoni ta’ parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi u dwar in-nuqqasijiet potenzjali tal-qafas attwali. Dak ir-rapport għandu jivvaluta b’mod partikolari jekk hemmx bżonn li dan ir-Regolament jiġi emendat sabiex il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jitnaqqas għall-provvediment ta’ ċerti tipi ta’ parametri referenzjarji jew għall-provvediment ta’ parametri referenzjarji li jintużaw b’mod wiesa’ fl-Unjoni u għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
|
|
Artikolu 54 7.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat b’konformità mal-Artikolu 49 sal-15 ta’ Ġunju 2023 sabiex testendi l-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 51(5) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025 jekk ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu juri li, altrimenti, l-użu kontinwu fl-Unjoni ta’ ċerti parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi minn entitajiet taħt superviżjoni jkun indebolit b’mod sinifikanti jew ikun ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja.
|
|
Artikolu 54 8.
|
Sat-30 ta’ Ġunju 2029, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-parametri referenzjarji bi pretensjonijiet relatati mal-ESG, u b’mod partikolari d-divulgazzjonijiet ESG minn amministraturi ta’ dawk il-parametri referenzjarji, huwiex xieraq. F’dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis id-disponibbiltà fl-Unjoni ta’ parametri referenzjarji bi pretensjonijiet relatati mal-ESG u l-adozzjoni tagħhom filwaqt li tqis, fejn possibbli, il-kost ta’ dawk il-parametri referenzjarji u n-natura li qed tevolvi tal-indikaturi u l-metodi ESG użati biex jitkejlu. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni dwar jekk il-kontenut tad-divulgazzjonijiet li għandhom isiru skont dan ir-Regolament huwiex konsistenti mad-divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà skont ir-Regolament (UE) 2019/2088 u mal-linji gwida rilevanti tal-ESMA. Dak ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|