2. Il-valur tas-suq aggregat tal-istrumenti finanzjarji kollha tad-DLT li huma ammessi għan-negozjar f’infrastruttura tas-suq tad-DLT jew li huma rreġistrati f’infrastruttura tas-suq tad-DLT ma għandux jaqbeż is-EUR 6 biljun fil-mument tal-ammissjoni għan-negozjar, jew tar-reġistrazzjoni inizjali, ta’ strument finanzjarju ġdid tad-DLT.
Fejn l-ammissjoni għan-negozjar jew tar-reġistrazzjoni inizjali ta’ strument finanzjarju ġdid tad-DLT tkun tirriżulta li l-valur aggregat tas-suq imsemmi fl-ewwel subparagrafu jlaħħaq is-EUR 6 biljun, l-infrastruttura tas-suq tad-DLT ma għandhiex tammetti dak l-istrument finanzjarju tad-DLT għan-negozjar jew għar-reġistrazzjoni tiegħu.