+Artikolu 3 Limitazzjonijiet fuq l-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’infrastruttura tas-suq tad-DLT jew irreġistrati minnha
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
---+Artikolu 3 7

Artikolu 3 Limitazzjonijiet fuq l-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’infrastruttura tas-suq tad-DLT jew irreġistrati minnha

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   L-istrumenti finanzjarji tad-DLT għandhom biss jiġu ammessi għan-negozjar f’infrastruttura tas-suq tad-DLT, jew jiġu rreġistrati f’infrastruttura tas-suq tad-DLT, jekk, fil-mument tal-ammissjoni għan-negozjar jew fil-mument tar-reġistrazzjoni f’reġistru distribwit, l-istrumenti finanzjarji tad-DLT ikunu:

(a)

ishma, li l-emittent tagħhom għandu kapitalizzazzjoni tas-suq jew kapitalizzazzjoni tas-suq tentattiva ta’ anqas minn EUR 500 miljun;

(b)

bonds, forom oħra ta’ dejn titolizzat, inklużi riċevuti depożitarji fir-rigward ta’ tali titoli,jew strumenti tas-suq monetarju, b’daqs ta’ ħruġ ta’ anqas minn EUR 1 biljun minbarra dawk li jkun fihom derivattiv ġo fihom jew li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għall-klijent li jifhem ir-riskju involut; jew

(c)

unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv koperti mill-Artikolu 25(4), il-punt (a)(iv), tad-Direttiva 2014/65/UE, li l-valur tas-suq tal-assi mmaniġġjati tagħhom huwa inqas minn EUR 500 miljun.

Il-bonds korporattivi maħruġa minn emittenti li l-kapitalizzazzjoni tas-suq tagħhom ma kinitx taqbeż il-EUR 200 miljun fiż-żmien tal-ħruġ tagħhom għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-valur limitu imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b).

Artikolu 3 2

2.   Il-valur tas-suq aggregat tal-istrumenti finanzjarji kollha tad-DLT li huma ammessi għan-negozjar f’infrastruttura tas-suq tad-DLT jew li huma rreġistrati f’infrastruttura tas-suq tad-DLT ma għandux jaqbeż is-EUR 6 biljun fil-mument tal-ammissjoni għan-negozjar, jew tar-reġistrazzjoni inizjali, ta’ strument finanzjarju ġdid tad-DLT.

Fejn l-ammissjoni għan-negozjar jew tar-reġistrazzjoni inizjali ta’ strument finanzjarju ġdid tad-DLT tkun tirriżulta li l-valur aggregat tas-suq imsemmi fl-ewwel subparagrafu jlaħħaq is-EUR 6 biljun, l-infrastruttura tas-suq tad-DLT ma għandhiex tammetti dak l-istrument finanzjarju tad-DLT għan-negozjar jew għar-reġistrazzjoni tiegħu.

Artikolu 3 3

3.   Fejn il-valur tas-suq aggregat tal-istrumenti finanzjarji kollha tad-DLT li huma ammessi għan-negozjar f’infrastruttura tas-suq tad-DLT jew li huma rreġistrati f’infrastruttura tas-suq tad-DLT ilaħħaq id-EUR 9 biljun, l-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT għandu jattiva l-istrateġija ta’ tranżizzjoni msemmija fl-Artikolu 7(7). L-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar l-attivazzjoni tal-istrateġija ta’ tranżizzjoni tiegħu u dwar l-iskala temporali għat-tranżizzjoni fir-rapport ta’ kull xahar previst fil-paragrafu 5.

Artikolu 3 4

4.   L-operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT għandu jikkalkula l-medja ta’ kull xahar tal-valur aggregat tas-suq tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT innegozjati jew irreġistrati f’dik l-infrastruttura tas-suq tad-DLT. Dik il-medja ta’ kull xahar għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja tal-prezzijiet tal-għeluq ta’ kuljum ta’ kull strument finanzjarju tad-DLT, immultiplikata bl-għadd ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT li huma nnegozjati jew irreġistrati f’dik l-infrastruttura tas-suq tad-DLT bl-istess Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN).

L-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT għandu juża dik il-medja ta’ kull xahar:

(a)

meta jivvaluta jekk l-ammissjoni għan-negozjar jew għar-reġistrazzjoni ta’ strument finanzjarju ġdid tad-DLT fix-xahar ta’ wara twassalx biex il-valur tas-suq aggregat tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT jilħaq il-limitu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; u

(b)

meta jiddeċiedi jekk għandux jattiva l-istrateġija ta’ tranżizzjoni msemmija fl-Artikolu 7(7).

Artikolu 3 5

5.   L-operatur ta’ infrastruttura tas-suq tad-DLT għandu jissottometti rapporti ta’ kull xahar lill-awtorità kompetenti tiegħu li juru li l-istrumenti finanzjarji kollha tad-DLT li huma ammessi għan-negozju jew irreġistrati fl-infrastruttura tas-suq tad-DLT ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 3 6

6.   Awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi limiti aktar baxxi mill-valuri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2. Jekk awtorità kompetenti tbaxxi l-limitu msemmi fil-paragrafu 2, il-valur stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jitqies li tnaqqas proporzjonalment.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti għandha tqis id-daqs tas-suq u l-kapitalizzazzjoni medja tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT ta’ tip partikolari li jkunu ġew ammessi fil-pjattaformi għan-negozjar fl-Istati Membri fejn se jitwettqu s-servizzi u l-attivitajiet u għandha tqis ir-riskji relatati mal-emittenti, mat-tip ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit użat u mas-servizzi u l-attivitajiet tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT.

Artikolu 3 7

7.   Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 japplika għall-istrumenti finanzjarji tad-DLT ammessi għan-negozjar f’MTF tad-DLT jew f’TSS tad-DLT.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.