3. Fejn il-valur tas-suq aggregat tal-istrumenti finanzjarji kollha tad-DLT li huma ammessi għan-negozjar f’infrastruttura tas-suq tad-DLT jew li huma rreġistrati f’infrastruttura tas-suq tad-DLT ilaħħaq id-EUR 9 biljun, l-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT għandu jattiva l-istrateġija ta’ tranżizzjoni msemmija fl-Artikolu 7(7). L-operatur tal-infrastruttura tas-suq tad-DLT għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar l-attivazzjoni tal-istrateġija ta’ tranżizzjoni tiegħu u dwar l-iskala temporali għat-tranżizzjoni fir-rapport ta’ kull xahar previst fil-paragrafu 5.