+Artikolu 5 2

Artikolu 5 2

2.   Fuq talba ta’ CSD li jħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta lil dak is-CSD mill-Artikolu 2(1), il-punti (4), (9) jew (28), jew l-Artikoli 3, 37 jew 38 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li dak is-CSD:

(a)

juri li l-użu ta’ “kont ta’ titoli” kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (28), ta’ dak ir-Regolament, jew l-użu ta’ forma dematerjalizzata kif previst fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament ikun inkompatibbli mat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit partikolari;

(b)

jipproponi miżuri ta’ kumpens biex jintlaħqu l-objettivi tad-dispożizzjonijiet li minnhom tkun intalbet eżenzjoni, u jiżgura tal-anqas li:

(i)

l-istrumenti finanzjarji tad-DLT jiġu rreġistrati fir-reġistru distribwit;

(ii)

l-għadd ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT f’ħarġa jew f’parti minn ħarġa irreġistrat mis-CSD li jħaddem is-SS tad-DLT ikun daqs l-għadd totali ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT li jkunu jiffurmaw din il-ħarġa jew parti minn ħarġa, irreġistrata fir-reġistru distribwit fi kwalunkwe mument partikolari;

(iii)

iżomm reġistrazzjonijiet li jippermettu lis-CSD li jħaddem l-SS tad-DLT fi kwalunkwe mument partikolari, biex jissegrega l-istrumenti finanzjarji tad-DLT ta’ membru, parteċipant, emittent jew klijent minn dawk ta’ kwalunkwe membru, parteċipant, emittent jew klijent ieħor mingħajr dewmien; u

(iv)

ma jippermettix self kurrenti ta’ titoli, bilanċi ta’ debitu jew il-ħolqien jew it-tħassir mhux xieraq ta’ titoli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.