+Artikolu 5 Rekwiżiti u eżenzjonijiet fir-rigward tal-SSs tad-DLT
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6
---+Artikolu 5 7
---+Artikolu 5 8
---+Artikolu 5 9
---+Artikolu 5 10
---+Artikolu 5 11
---+Artikolu 5 12
|
Artikolu 5 Rekwiżiti u eżenzjonijiet fir-rigward tal-SSs tad-DLT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. CSD li jħaddem SS tad-DLT għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li japplikawi għal CSD li jħaddem sistema ta’ saldu tat-titoli skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014.
L-ewwel subparagrafu ma japplikax fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti li minnhom is-CSD li jħaddem l-SS tad-DLT ikun ġie eżentat skont il-paragrafi 2 sa 9 ta’ dan l-Artikolu, dment li dak is-CSD jirrispetta:
|
(b)
|
il-paragrafi 2 sa 10 ta’ dan l-Artikolu; u
|
|
(c)
|
kwalunkwe miżura ta’ kumpens li l-awtorità kompetenti tqis xierqa sabiex jintlaħqu l-objettivi tad-dispożizzjonijiet li minnhom tkun intalbet eżenzjoni jew biex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja.
|
|
|
Artikolu 5 2
|
2. Fuq talba ta’ CSD li jħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta lil dak is-CSD mill-Artikolu 2(1), il-punti (4), (9) jew (28), jew l-Artikoli 3, 37 jew 38 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li dak is-CSD:
|
(a)
|
juri li l-użu ta’ “kont ta’ titoli” kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (28), ta’ dak ir-Regolament, jew l-użu ta’ forma dematerjalizzata kif previst fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament ikun inkompatibbli mat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit partikolari;
|
|
(b)
|
jipproponi miżuri ta’ kumpens biex jintlaħqu l-objettivi tad-dispożizzjonijiet li minnhom tkun intalbet eżenzjoni, u jiżgura tal-anqas li:
|
(i)
|
l-istrumenti finanzjarji tad-DLT jiġu rreġistrati fir-reġistru distribwit;
|
|
(ii)
|
l-għadd ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT f’ħarġa jew f’parti minn ħarġa irreġistrat mis-CSD li jħaddem is-SS tad-DLT ikun daqs l-għadd totali ta’ strumenti finanzjarji tad-DLT li jkunu jiffurmaw din il-ħarġa jew parti minn ħarġa, irreġistrata fir-reġistru distribwit fi kwalunkwe mument partikolari;
|
|
(iii)
|
iżomm reġistrazzjonijiet li jippermettu lis-CSD li jħaddem l-SS tad-DLT fi kwalunkwe mument partikolari, biex jissegrega l-istrumenti finanzjarji tad-DLT ta’ membru, parteċipant, emittent jew klijent minn dawk ta’ kwalunkwe membru, parteċipant, emittent jew klijent ieħor mingħajr dewmien; u
|
|
(iv)
|
ma jippermettix self kurrenti ta’ titoli, bilanċi ta’ debitu jew il-ħolqien jew it-tħassir mhux xieraq ta’ titoli.
|
|
|
|
Artikolu 5 3
|
3. Fuq talba ta’ CSD li jħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta lil dak is-CSD mill-Artikolu 6 jew 7 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 dment li tali CSD, bħala minimu, permezz ta’ proċeduri u arranġamenti robusti, jiżgura li s-SS tad-DLT:
|
(a)
|
tippermetti konferma ċara, preċiża u f’waqtha tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji tad-DLT, inkluż kwalunkwe pagamenti li jsiru fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT, kif ukoll ir-rilaxx ta’ kwalunkwe kollateral rigward dawk l-istrumenti jew sejħiet għal kollateral rigward tal-istrumenti finanzjarji tad-DLT; u
|
|
(b)
|
jew tipprevjeni l-fallimenti tas-saldu jew tindirizza l-fallimenti tas-saldu jekk ma jkunx possibbli li dawn jiġu prevenuti.
|
|
|
Artikolu 5 4
|
4. Fuq it-talba ta’ CSD li jħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta lil dak is-CSD mill-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 fir-rigward biss tal-esternalizzazzjoni ta’ servizz ewlieni lil parti terza, dment li l-applikazzjoni ta’ tali Artikolu tkun inkompatibbli mal-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit kif previst mill-SS tad-DLT imħaddma minn tali CSD.
|
|
Artikolu 5 5
|
5. Fuq talba ta’ CSD li jħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lil dak is-CSD jammetti persuni fiżiċi u ġuridiċi b’żieda ma’ dawk elenkati fl-Artikolu 2, il-punt (f), tad-Direttiva 98/26/KE bħala parteċipanti fl-SS tad-DLT, dment li dawn il-persuni:
|
(a)
|
ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed;
|
|
(b)
|
ikollhom livell suffiċjenti ta’ abbiltà, kompetenza, esperjenza u għarfien fir-rigward tas-saldu, il-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, u tal-valutazzjoni tar-riskju; u
|
|
(c)
|
ikunu taw kunsens infurmat biex jiġu inklużi fir-reġim pilota previst f’dan ir-Regolament u jkunu ġew infurmati b’mod adegwat dwar in-natura sperimentali tiegħu u r-riskji potenzjali assoċjati miegħu.
|
|
|
Artikolu 5 6
|
6. Fuq talba ta’ CSD li jħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta lil CSD mill-Artikoli 33, 34 jew 35 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li tali CSD jipproponi miżuri ta’ kumpens biex jintlaħqu l-objettivi ta’ tali Artikoli u, bħala minimu, jiżgura li:
|
(a)
|
l-SS tad-DLT tiddivulga pubblikament il-kriterji tal-parteċipazzjoni li jippermettu aċċess ġust u miftuħ għall-persuni kollha li biħsiebhom isiru parteċipanti, u li dawk il-kriterji jkunu trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji; u
|
|
(b)
|
l-SS tad-DLT tiddivulga pubblikament il-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi ta’ saldu li tipprovdi.
|
|
|
Artikolu 5 7
|
7. Fuq talba ta’ CSD li jħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta lil CSD mill-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li tali CSD jipproponi miżuri ta’ kumpens biex jintlaħqu l-objettivi ta’ tali Artikolu u, bħala minimu, jiżgura, permezz ta’ proċeduri u arranġamenti robusti, li:
|
(a)
|
l-SS tad-DLT tissalda tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji tad-DLT kważi f’ħin reali jew dakinhar, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mit-tieni jum ta’ negozju wara l-konklużjoni tan-negozjar;
|
|
(b)
|
l-SS tad-DLT tiddivulga pubblikament ir-regoli li jirregolaw is-sistema ta’ saldu; u
|
|
(c)
|
l-SS tad-DLT timmitiga kwalunkwe riskju li jinqala’ min-nonnomina ta’ SS ta’ DLT bħala sistema għall-iskopijiet tad-Direttiva 98/26/KE, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri ta’ insolvenza.
|
Għall-iskopijiet tat-tħaddim ta’ SS ta’ DLT, id-definizzjoni ta’ CSD fir-Regolament (UE) Nru 909/2014 bħala persuna ġuridika li tħaddem sistema ta’ saldu tat-titoli ma għandhiex tirriżulta fl-obbligu min-naħa tal-Istati Membri li jinnominaw u jinnotifikaw SS tad-DLT bħala sistema ta’ saldu tat-titoli fl-ambitu tad-Direttiva 98/26/KE. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu preklużi milli jinnominaw u jinnotifikaw SS tad-DLT jew sistema ta’ saldu tat-titoli fl-ambitu tad-Direttiva 98/26/KE meta l-SS tad-DLT tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva.
Meta SS ta’ DLT ma tiġix innominata jew innotifikata bħala sistema ta’ saldu tat-titoli fl-ambitu tad-Direttiva 98/26/KE, is-CSD li jħaddem SS tad-DLT għandu jipproponi miżuri ta’ kumpens maħsuba biex inaqqsu r-riskji li jirriżultaw mill-insolvenza.
|
|
Artikolu 5 8
|
8. Fuq talba ta’ CSD li jħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta tali CSD mill-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li tali CSD jissalda abbażi tal-kunsenja kontra ħlas.
Is-saldu tal-ħlasijiet għandu jsir permezz ta’ flus tal-bank ċentrali, anki f’forma tokenizzata, meta jkun prattiku u disponibbli, jew meta ma jkunx prattiku u disponibbli, permezz tal-kont tas-CSD f’konformità mat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 jew permezz ta’ flus ta’ bank kummerċjali, anki f’forma tokenizzata, f’konformità ma’ tali Titolu, jew bl-użu ta’ tokens tal-flus elettroniċi.
B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 ma japplikax għal istituzzjoni ta’ kreditu meta tipprovdi s-saldu ta’ ħlasijiet bl-użu ta’ flus ta’ bank kummerċjali lil infrastruttura tas-suq tad-DLT li tirreġistra strumenti finanzjarji tad-DLT li l-valur aggregat tas-suq tagħhom, fil-mument tar-reġistrazzjoni inizjali ta’ strument finanzjarju tad-DLT ġdid, ma jaqbiżx is-EUR 6 biljun, kif ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 3(4) ta’ dan ir-Regolament.
Meta s-saldu jsir bl-użu ta’ flus ta’ bank kummerċjali pprovdut minn istituzzjoni ta’ kreditu li għaliha ma japplikax it-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 bis-saħħa tat-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jew meta s-saldu tal-ħlasijiet isir bl-użu ta’ tokens tal-flus elettroniċi, is-CSD li jħaddem SS tad-DLT għandu jidentifika, ikejjel, jimmontorja, jimmaniġġja u jimminimizza kwalunkwe riskju li jirriżulta mill-użu ta’ tali mezz.
Is-servizzi relatati mat-“tokens tal-flus elettroniċi” li huma ekwivalenti għas-servizzi elenkati fit-Taqsima C, il-punti (b) u (c), tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 għandhom jiġu pprovduti mis-CSD li jħaddem SS tad-DLT f’konformità mat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 jew minn istituzzjoni ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 5 9
|
9. Fuq talba ta’ CSD li jħaddem SS tad-DLT, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta tali CSD mill-Artikolu 50, 51 jew 53 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li tali CSD juri li l-użu tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit huwa inkompatibbli mas-sistemi miruta ta’ CSDs oħra jew infrastrutturi oħra tas-suq jew li l-għoti ta’ aċċess lil CSD ieħor jew aċċess għal infrastruttura oħra tas-suq bl-użu ta’ sistemi miruta jkun jinvolvi kostijiet sproporzjonati, minħabba l-iskala tal-attivitajiet tal-SS tad-DLT.
Meta CSD li jħaddem SS tad-DLT ikun ġie eżentat f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, dan għandu jagħti lill-operaturi l-oħra tal-SS tad-DLT jew lill-operaturi l-oħra tat-TSSs tad-DLT aċċess lill-SS tad-DLT tiegħu. Is-CSD li jħaddem SS tad-DLT għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bl-intenzjoni tiegħu li jagħti aċċess bħal dan. L-awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi tali aċċess sal-punt li tali aċċess ikun jagħmel ħsara lill-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, jew tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 5 10
|
10. Meta CSD li jħaddem SS tad-DLT jitlob eżenzjoni skont il-paragrafi 2 sa 9, dan għandu juri li l-eżenzjoni mitluba hija:
|
(a)
|
proporzjonata mal-użu ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit u ġġustifikata bih; u
|
|
(b)
|
limitata għall-SS tad-DLT u ma testendix għal sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mill-istess CSD.
|
|
|
Artikolu 5 11
|
11. Il-paragrafi 2 sa 10 ta’ dan l-Artikolu japplikaw, mutatis mutandis, għal ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jħaddmu TSS tad-DLT f’konformità mal-Artikolu 6(1).
|
|
Artikolu 5 12
|
12. L-ESMA għandha tħejji linji gwida dwar il-miżuri ta’ kumpens imsemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.06.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0858
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|