3. Meta, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, persuna ġuridika tapplika simultanjament għal awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment, jew għal awtorizzazzjoni biex tħaddem suq operat, u għal permess speċifiku, għandha tippreżenta, fl-applikazzjoni tagħha, l-informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE, għajr għall-informazzjoni li tkun neċessarja biex turi l-konformità mar-rekwiżiti li fir-rigward tagħhom l-applikant ikun talab eżenzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.