7. Meta jkun neċessarju għall-promozzjoni tal-konsistenza u tal-proporzjonalità tal-eżenzjonijiet, jew meta neċessarju biex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-investituri, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja, l-ESMA għandha tagħti lill-awtorità kompetenti opinjoni mhux vinkolanti rigward l-eżenzjonijiet mitluba jew l-adegwatezza tat-tip ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, fi żmien 30 jum ta’ kalendarju minn meta tirċievi l-kopja ta’ tali applikazzjoni.
Qabel ma toħroġ opinjoni mhux vinkolanti, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u għandha tieħu l-ogħla kont tal-fehmiet tagħhom meta toħroġ l-opinjoni tagħha.
Meta l-ESMA toħroġ opinjoni mhux vinkolanti, l-awtorità kompetenti għandha tqis b’mod dovut tali opinjoni u, fuq talba tal-ESMA, għandha tagħti lil din tal-aħħar dikjarazzjoni dwar kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn tali opinjoni. L-opinjoni tal-ESMA u d-dikjarazzjoni tal-awtorità kompetenti ma għandhomx isiru pubbliċi.