13. Meta operatur tal-MTF tad-DLT biħsiebu jintroduċi bidla materjali għall-funzjonament tat- teknoloġija ta’ reġistru distribwit użata, jew għas-servizzi jew għall-attivitajiet ta’ tali operatur, u li tali bidla materjali teħtieġ permess speċifiku ġdid, eżenzjoni ġdida, jew il-modifika ta’ waħda jew aktar mill-eżenzjonijiet eżistenti tal-operatur jew ta’ kwalunkwe kundizzjoni marbuta ma’ eżenzjoni, l-operatur tal-MTF tad-DLT għandu jitlob permess speċifiku ġdid, eżenzjoni ġdida jew modifika.
Meta operatur tal-MTF tad-DLT jitlob permess ġdid, eżenzjoni ġdida jew modifika, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4. Tali talba għandha tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti, f’konformità ma’ dan l-Artikolu.