“3a. Sat-23 ta’ Marzu 2023, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw mal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) u għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-23 ta’ Marzu 2023.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li ma jistgħux jadottaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw mal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) sat-23 ta’ Marzu 2023, peress li l-proċeduri leġiżlattivi tagħhom jieħdu iktar minn disa’ xhur, għandhom jibbenefikaw minn estensjoni ta’ massimu ta’ sitt xhur li jiddekorru mit-23 ta’ Marzu 2023, dment li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bżonn li jagħmlu użu minn tali estensjoni sat-23 ta’ Marzu 2023.”.