+Artikolu 3
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
|
Artikolu 3
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“impriża ta’ investiment kollettiv” tfisser AIF kif definita fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(b)
“fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti” tfisser impriża ta’ investiment kollettiv li:
(i)
għandha l-ħsieb tinvesti mill-inqas 70 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux mitlub tagħha f’assi li huma investimenti kwalifikanti, ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammonti investibbli wara tnaqqis tal-ispejjeż u holdings fi flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti rilevanti kollha fiż-żmien stipulat fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha;
(ii)
ma tużax aktar minn 30 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u kapital impenjat mhux mitlub tagħha għall-akkwist ta’ assi minbarra investimenti kwalifikanti, ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammonti investibbli wara tnaqqis tal-ispejjeż u holdings fi flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti rilevanti kollha;
(iii)
hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru;
(c)
“maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti” tfisser persuna ġuridika li n-negozju regolari tagħha jkun li tiġġestixxi mill-inqas fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti wieħed;
(d)
“impriża ta’ portafoll kwalifikanti” tfisser impriża li:
(i)
meta jsir investiment mill-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ma tkunx aċċettata li tinnegozja f’suq regolat jew f’faċilità ta’ kummerċ multilaterali (MTF) kif iddefinit fil-punti (14) u (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE:
▼M1
(ii)
tkun kisbet impatti soċjali pożittivi kalkolabbli bħala l-objettiv primarju tagħha skont l-artikoli ta’ stabbiliment, l-istatuti tagħha jew kwalunkwe regola jew strument ta’ inkorporazzjoni oħra li jistabbilixxu n-negozju, fejn l-impriża:
—
tipprovdi servizzi jew oġġetti li jiġġeneraw rendiment soċjali;
—
timpjega metodu ta’ produzzjoni ta’ oġġetti jew servizzi li jinkludu l-objettivi soċjali tagħha; jew
—
tipprovdi appoġġ finanzjarju esklużivament għal impriżi soċjali kif definit fl-ewwel żewġ inċiżi;
▼B
(iii)
tuża l-profitti tagħha primarjament sabiex tikseb l-objettiv primarju soċjali tagħha skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni, l-istatuti tagħha jew kwalunkwe regoli jew strumenti ta’ inkorporazzjoni oħra li jistabbilixxu n-negozju u skont il-proċeduri u regoli predefiniti għal kwalunkwe ċirkostanza fejn jitqassmu l-profitti lill-azzjonisti jew lis-sidien biex jiżguraw li kull distribuzzjoni ta’ profitti bħal din ma ddgħajjifx l-objettiv primarju tagħha;
(iv)
tkun ġestita b’mod responsabbli u trasparenti, b’mod partikolari billi tinvolvi lill-ħaddiema, klijenti u partijiet interessati affettwati mill-attivitajiet ta’ negozju tagħha;
(v)
hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru, jew f’pajjiż terz sakemm dak il-pajjiż terz:
—
mhuwiex imniżżel fil-lista ta’ Pajjiż u Territorju Non Kooperattiv mill-Grupp ta’ Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu,
—
ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u ma’ kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti sabiex ikun assigurat li l-pajjiż terz jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni Fiskali tal-OECD u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effikaċi fil-kwistjonijiet fiskali, inkluż kwalunkwe ftehim fiskali multilaterali;
(e)
“investimenti kwalifikanti” tfisser kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin:
(i)
strumenti ta’ equity jew quasi-equity li jkunu maħruġin minn:
—
impriża ta’ portafoll kwalifikanti u akkwistata direttament mill-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mill-impriża ta’ portafoll kwalifikanti,
—
impriża ta’ portafoll kwalifikanti fi skambju għal titolu ta’ equity maħruġ mill-impriża ta’ portafoll kwalifikanti, jew
—
impriża li tagħha l-impriża ta’ portafoll kwalifikanti li hija sussidjarja b’sehem azzjonarju maġġoritarju u li hija akkwistata mill-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fi skambju għal strument ta’ equity maħruġ mill-impriża ta’ portafoll kwalifikanti;
(ii)
strumenti ta’ dejn garantiti u mhux garantiti, maħruġin minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti;
(iii)
unitajiet jew ishma ta’ fond ieħor ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti wieħed jew aktar, sakemm dawk il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti stess ma jkunux investew aktar minn 10 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u ta’ kapital impenjat mhux mitlub tagħhom f’fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;
(iv)
self garantit u mhux garantit mogħti mill-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti lil impriża ta’ portafoll kwalifikanti;
(v)
kwalunkwe tip ieħor ta’ parteċipazzjoni f’impriża ta’ portafoll kwalifikanti;
(f)
“spejjeż relevanti” tfisser id-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha li jiġu mġarrba direttament jew indirettament mill-investituri u li jkun sar qbil dwarhom bejn il-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali u l-investituri fih;
(g)
“equity” tfisser interess azzjonarju f’impriża, irrappreżentat mill-ishma jew forom oħra ta’ parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża ta’ portafoll kwalifikanti, maħruġa lill-investituri tagħha;
(h)
“quasi-equity” tfisser kwalunkwe tip ta’ strument ta’ finanzjament, li jikkonsisti f’equity u dejn, fejn il-qligħ fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew it-telf tal-impriża ta’ portafoll kwalifikanti, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f’każ ta’ mankanza ma jkunx garantit bis-sħiħ;
(i)
“kummerċjalizzazzjoni” tfisser l-offerta jew l-allokazzjoni diretta jew indiretta fuq inizjattiva tal-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali jew f’isem dak il-maniġer ta’ unitajiet jew ishma ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huwa ġestit minn dak il-maniġer lil jew ma’ investituri ddomiċiljati jew b’uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni;
(j)
“kapital impenjat” tfisser kwalunkwe impenn li taħtu investitur huwa obbligat, fiż-żmien stipulat fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, li jakkwista interess fi, jew jagħmel kontribuzzjonijiet kapitali għal, dak il-fond;
▼M1
(k)
“Stat Membru tad-domiċilju” tfisser l-Istat Membru li fih il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu;
▼B
(l)
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru, li ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju, fejn il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jikkummerċjalizza fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti taħt dan ir-Regolament;
▼M1
(m)
“awtorità kompetenti” tfisser:
(i)
għall-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(ii)
għall-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(iii)
għall-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti hu stabbilit;
▼M1
(n)
“awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti” tfisser l-awtorità ta’ Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju, li fih il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jiġi kkummerċjalizzat;
▼M2
(o)
“prekummerċjalizzazzjoni” tfisser għoti ta' informazzjoni jew komunikazzjoni, b'mod dirett jew indirett, dwar strateġiji ta' investiment jew ideat ta' investiment minn maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti, jew f'ismu, lill-investituri potenzjali ddomiċiljati jew b'uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni sabiex jittestja l-interess tagħhom f'fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għadu mhux stabbilit, jew f'fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huwa stabbilit, iżda li għadu mhux innotifikat għall-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 16, f'dak l-Istat Membru fejn l-investituri potenzjali huma ddomiċiljati jew għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom, u li fi kwalunkwe każ ma jammontax għal offerta jew pjazzament lill-investitur potenzjali biex jinvesti fl-unitajiet jew l-ishma ta' dak il-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti.
▼B
Fir-rigward tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, fejn il-forma legali ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti tippermetti ġestjoni interna u fejn il-korp ta’ tmexxija tal-fond jagħżel li ma jaħtarx maniġer estern, il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti nnifsu għandu jkun reġistrat bħala l-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti f’konformità mal-Artikolu 15. Fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li hu reġistrat bħala maniġer intern ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti m’għandux jiġi reġistrat bħala maniġer estern ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv oħra.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Il-Kummissjoni b’dan tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tispeċifika t-tipi ta’ servizzi jew oġġetti u l-metodi ta’ produzzjoni tas-servizzi jew oġġetti li jinkorporaw objettiv soċjali msemmi fil-punt (ii) tal-punt (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jitqiesu t-tipi differenti ta’ impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u dawk iċ-ċirkostanzi fejn il-profitti jkunu jistgħu jitqassmu lis-sidien u lill-investituri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0346
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|