Fejn il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun meħtieġ jippubblika rapport finanzjarju annwali f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (
3
) fir-rigward tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu tista’ tkun ipprovduta separatament jew bħala parti addizzjonali tar-rapport finanzjarju annwali.