+Artikolu 13
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.

Artikolu 13

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jagħmlu rapport annwali disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għal kull fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huma jiġġestixxu, sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja. Ir-rapport għandu jiddeskrivi l-kompożizzjoni tal-portafoll tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-attivitajiet tas-sena preċedenti. Għandu wkoll jiddivulga l-profitti totali miksuba mill-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fit-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu u, fejn applikabbli, il-profitti mqassma matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tiegħu. Dan irid jinkludi l-kontijiet finanzjarji awditjati għall-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti. Ir-rapport annwali għandu jsir skont l-istandards tar-rappurtar eżistenti u t-termini miftehma bejn il-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-investituri. Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandhom jipprovdu r-rapport lill-investituri meta dan jintalab. Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-investituri jistgħu jiftiehmu bejniethom li jiżvelaw aktar lil xulxin.
Artikolu 13 2.

Bħala minimu, ir-rapport annwali għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

dettalji, kif ikun xieraq, dwar l-eżiti soċjali globali miksuba mill-politika ta’ investiment u l-metodu użat għall-kejl ta’ dawn l-eżiti;

(b) 

dikjarazzjoni dwar kwalunkwe ċessjoni li tkun seħħet fir-rigward tal-impriża ta’ portafoll kwalifikanti;

(c) 

deskrizzjoni dwar jekk iċ-ċessjonijiet fir-rigward tal-assi l-oħra tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikantili ma jkunux investiti f’impriżi ta’ portafoll kwalifikanti seħħewx fuq il-bażi tal-kriterji kif imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 14(1);

(d) 

sommarju tal-attivitajiet li l-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti impenja ruħu fihom fir-rigward tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fil-punt (l) tal-Artikolu 14(1);

▼M1

(e) 

informazzjoni dwar in-natura, il-valur u l-għan tal-investimenti għajr investimenti kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 5(1);

▼M1

(f) 

deskrizzjoni ta’ kif ir-riskji marbutin mal-ambjent u t-tibdil fil-klima jiġu kkunsidrati fl-approċċ ta’ investiment tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

▼B

Artikolu 13 3.
Il-verifika tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha ssir għall-inqas darba fis-sena. Il-verifika għandha tikkonferma li l-flus u l-assi huma miżmuma f’isem il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u li l-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun stabbilixxa u żamm rekords u kontrolli adegwati fir-rigward tal-użu ta’ kwalunkwe mandat jew kontroll fuq il-flus u l-assi tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u tal-investituri tiegħu.
Artikolu 13 4.
Fejn il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun meħtieġ jippubblika rapport finanzjarju annwali f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat ( 3 ) fir-rigward tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu tista’ tkun ipprovduta separatament jew bħala parti addizzjonali tar-rapport finanzjarju annwali.
Artikolu 13 5.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha miġbura skont dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti ta’ kull fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kkonċernat, lill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti kkonċernat u lill-ESMA fi żmien xieraq permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 23.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0346
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.