+Artikolu 15
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 15 7.
---+Artikolu 15 8.
---+Artikolu 15 9.
|
Artikolu 15
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Il-maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għandhom l-intenzjoni li jużaw id-denominazzjoni “EuSEF” għall-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti tagħhom għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom dwar l-intenzjoni tagħhom u għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-identità tal-persuni li effettivament iwettqu n-negozju tal-ġestjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;
(b)
l-identità tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti, li l-unitajiet jew l-ishma tagħhom se jkunu kkummerċjalizzati u l-istrateġiji tal-investiment tagħhom;
(c)
tagħrif dwar l-arranġamenti li saru għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II;
(d)
lista tal-Istati Membri fejn il-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza kull fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.
▼M1 —————
▼B
|
|
Artikolu 15 2.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tirreġistra l-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet segwenti:
(a)
il-persuni li jmexxu effettivament in-negozju ta’ maniġment ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u esperjenzati biżżejjed ukoll fir-rigward tal-istrateġiji ta’ investiment segwiti mill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;
(b)
l-informazzjoni meħtieġa msemmija fil-paragrafu 1 tkun kompluta;
(c)
l-arranġamenti nnotifikati skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 jkunu xierqa għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II.
▼M1 —————
▼B
|
|
Artikolu 15 3.
|
Ir-reġistrazzjoni taħt dan l-Artikolu għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Unjoni u għandha tippermetti lill-maniġers tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jikkummerċjalizzaw il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti taħt id-denominazzjoni “EuSEF” fl-Unjoni kollha.
|
|
Artikolu 15 4.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma l-maniġer kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk ġiex irreġistrat bħala maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkun ipprovda l-informazzjoni kollha msemmija f’dak il-paragrafu.
|
|
Artikolu 15 5.
|
Reġistrazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tikkostitwixxi reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti.
|
|
Artikolu 15 6.
|
Maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti kif imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju dwar kwalunkwe bidla materjali għall-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni inizjali tiegħu f’konformità ma’ dan l-Artikolu qabel ma dawn il-bidliet jiġu implimentati. Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiddeċiedi li timponi restrizzjonijiet jew tirrifjuta l-bidliet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, hi għandha tinforma lill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika ta’ dawk il-bidliet. L-awtorità kompetenti tista’ testendi dan il-perijodu sa massimu ta’ xahar, fejn hija tqis li dan huwa neċessarju minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, wara li tkun innotifikat lill-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti. Il-bidliet jistgħu jiġu implimentati jekk l-awtorità kompetenti rilevanti ma topponix il-bidliet fi żmien il-perijodu ta’ valutazzjoni rilevanti.
|
|
Artikolu 15 7.
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1 u biex tispeċifika ulterjorment il-kundizzjonijiet kif stabbilit fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 15 8.
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ta’ implimentazzjoni fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 15 9.
|
L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex tiżgura l-konsistenza tal-proċessi ta’ reġistrazzjoni mwettqa minn awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0346
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|