+Artikolu 22 1.

Artikolu 22 1.

Filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa msemmija fil-paragrafu 2, kif applikabbli, fejn il-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti:

▼B

(a) 

jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw għall-kompożizzjoni tal-portafoll bi ksur tal-Artikolu 5;

(b) 

jikkummerċjalizza, bi ksur tal-Artikolu 6, l-unitajiet u l-ishma ta’ EuSEF lil investituri mhux eliġibbli;

▼M1

(c) 

juża d-denominazzjoni “EuSEF” mingħajr ma jkun reġistrat f’konformità mal-Artikolu 15, jew il-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ma jkunx reġistrat f’konformità mal-Artikolu 15a;

▼B

(d) 

juża d-denominazzjoni “EuSEF” biex jikkummerċjalizza fondi li mhumiex stabbiliti f’konformità mal-punt (iii) tal-punt (b) tal-Artikolu 3(1);

▼M1

(e) 

akkwista reġistrazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mod irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 15 jew l-Artikolu 15a;

▼B

(f) 

jonqos milli jaġixxi onestament, b’mod ġust jew b’ħila, r-reqqa jew d-diliġenza xierqa fit-twettiq tan-negozju tiegħu, bi ksur tal-punt (a) tal-Artikolu 7;

(g) 

jonqos milli japplika politika u proċeduri xierqa biex jevita prattiċi ħżiena bi ksur tal-punt (b) tal-Artikolu 7;

(h) 

ripetutament jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti taħt l-Artikolu 13 dwar ir-rapport annwali;

(i) 

ripetutament jonqos milli jikkonforma mal-obbligu li jinforma lill-investituri taħt l-Artikolu 14.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0346
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.