+Artikolu 27
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.

Artikolu 27

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.

Il-Kummissjoni għandha tirrivedi dan ir-Regolament skont il-paragrafu 2. Ir-reviżjoni għandha tinkludi stħarriġ ġenerali tal-funzjonament tar-regoli f’dan ir-Regolament u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom, inklużi:

(a) 

il-punt sa fejn id-denominazzjoni “EuSEF” intużat minn maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fi Stati Membri differenti, kemm fuq bażi nazzjonali kif ukoll fuq bażi transkonfinali;

(b) 

id-distribuzzjoni ġeografika u settorjali tal-investimenti mwettqa mill-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(c) 

l-adegwatezza tar-rekwiżiti tal-informazzjoni taħt l-Artikolu 14, b’mod partikolari jekk dawn humiex suffiċjenti biex jippermettu li l-investituri jieħdu deċizjoni infurmata dwar investiment;

(d) 

l-użu tal-investimenti kwalifikanti differenti mill-EuSEFs u x’impatt dan ħalla fuq l-iżvilupp tal-impriżi soċjali madwar l-Unjoni;

(e) 

kemm hu xieraq li tiġi stabbilita tikketta Ewropea għal “impriżi soċjali”;

(f) 

il-possibbiltà li fondi ta’ intraprenditorija soċjali stabbiliti f’pajjiż terz ikunu jistgħu jużaw id-denominazzjoni “EuSEF”, filwaqt li jittieħed kont tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw l-istandards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa;

(g) 

l-applikazzjoni prattika tal-kriterji għall-identifikazzjoni tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-impatt ta’ din fuq l-iżvilupp tal-impriżi soċjali madwar l-Unjoni u l-impatt soċjali pożittiv tagħhom;

(h) 

analiżi tal-proċeduri implimentati minn maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti sabiex jitkejjel l-impatt soċjali pożittiv iġġenerat mill-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 10 u valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ standards armonizzati għall-kejl tal-impatt soċjali fil-livell tal-Unjoni b’mod konsistenti mal-politika soċjali tal-Unjoni;

(i) 

il-possibbiltà li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti tkun estiża għal investituri fil-livell tal-konsum;

(j) 

kemm hu xieraq li l-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkunu inklużi bħala assi eliġibbli skont id-Direttiva 2009/65/KE;

(k) 

kemm hu xieraq li dan ir-Regolament jiġi komplementat b’reġim depożitarju;

(l) 

eżami tal-ostakoli fiskali possibbli għal fondi ta’ intraprenditorija soċjali u valutazzjoni tal-inċentivi fiskali possibbli bl-għan li tiġi inkoraġġita intraprenditorija soċjali fl-Unjoni;

(m) 

evalwazzjoni ta’ kwalunikwe ostakolu li setgħa impedixxa l-investiment f’fondi li jużaw id-denominazzjoni “EuSEF”, inkluż l-impatt fuq investituri istituzzjonali ta’ liġijiet oħra tal-Unjoni ta’ natura prudenzjali.

Artikolu 27 2.

Ir-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq:

(a) 

sat- ►M1  2 ta’ Marzu 2022 ◄ fir-rigward tal-punti (a) sa (e), (g) sa (m); u

(b) 

sat-22 ta’ Lulju 2015 fir-rigward tal-punt (f).

Artikolu 27 3.
Wara r-reviżjoni msemmi fil-paragrafu 1, u wara konsultazzjoni mal-AETS, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien, jekk dan ikun xieraq, ma’ proposta leġiżlattiva.
Artikolu 27 4.

B’mod parallel mar-rieżami skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva 2011/61/UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-maniġers reġistrati skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(2) ta’ dik id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tanalizza:

(a) 

il-ġestjoni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta’ bidliet fil-qafas ġuridiku inkluża l-għażla ta’ passaport maniġerjali; u

(b) 

jekk id-definizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni għal fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti hijiex adatta kif ukoll l-impatt li dik id-definizzjoni u l-interpretazzjonijiet nazzjonali differenti tagħha għandhom fuq l-operazzjoni u l-vijabbiltà tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti u fuq id-distribuzzjoni transfruntiera ta’ tali fondi.

Wara dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġislattiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0346
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.