|
+Artikolu 27 1. |
Artikolu 27 1.Il-Kummissjoni għandha tirrivedi dan ir-Regolament skont il-paragrafu 2. Ir-reviżjoni għandha tinkludi stħarriġ ġenerali tal-funzjonament tar-regoli f’dan ir-Regolament u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom, inklużi:
(a)
il-punt sa fejn id-denominazzjoni “EuSEF” intużat minn maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti fi Stati Membri differenti, kemm fuq bażi nazzjonali kif ukoll fuq bażi transkonfinali;
(b)
id-distribuzzjoni ġeografika u settorjali tal-investimenti mwettqa mill-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti;
(c)
l-adegwatezza tar-rekwiżiti tal-informazzjoni taħt l-Artikolu 14, b’mod partikolari jekk dawn humiex suffiċjenti biex jippermettu li l-investituri jieħdu deċizjoni infurmata dwar investiment;
(d)
l-użu tal-investimenti kwalifikanti differenti mill-EuSEFs u x’impatt dan ħalla fuq l-iżvilupp tal-impriżi soċjali madwar l-Unjoni;
(e)
kemm hu xieraq li tiġi stabbilita tikketta Ewropea għal “impriżi soċjali”;
(f)
il-possibbiltà li fondi ta’ intraprenditorija soċjali stabbiliti f’pajjiż terz ikunu jistgħu jużaw id-denominazzjoni “EuSEF”, filwaqt li jittieħed kont tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw l-istandards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa;
(g)
l-applikazzjoni prattika tal-kriterji għall-identifikazzjoni tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-impatt ta’ din fuq l-iżvilupp tal-impriżi soċjali madwar l-Unjoni u l-impatt soċjali pożittiv tagħhom;
(h)
analiżi tal-proċeduri implimentati minn maniġers ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti sabiex jitkejjel l-impatt soċjali pożittiv iġġenerat mill-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 10 u valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ standards armonizzati għall-kejl tal-impatt soċjali fil-livell tal-Unjoni b’mod konsistenti mal-politika soċjali tal-Unjoni;
(i)
il-possibbiltà li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti tkun estiża għal investituri fil-livell tal-konsum;
(j)
kemm hu xieraq li l-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkunu inklużi bħala assi eliġibbli skont id-Direttiva 2009/65/KE;
(k)
kemm hu xieraq li dan ir-Regolament jiġi komplementat b’reġim depożitarju;
(l)
eżami tal-ostakoli fiskali possibbli għal fondi ta’ intraprenditorija soċjali u valutazzjoni tal-inċentivi fiskali possibbli bl-għan li tiġi inkoraġġita intraprenditorija soċjali fl-Unjoni;
(m)
evalwazzjoni ta’ kwalunikwe ostakolu li setgħa impedixxa l-investiment f’fondi li jużaw id-denominazzjoni “EuSEF”, inkluż l-impatt fuq investituri istituzzjonali ta’ liġijiet oħra tal-Unjoni ta’ natura prudenzjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|