Impriża tal-assigurazzjoni li teħtieġ awtorizzazzjoni biex testendi n-negozju tagħha għal klassijiet oħrajn jew biex testendi awtorizzazzjoni li tkopri biss ftit mir-riskji marbuta ma’ klassi waħda għandha tkun meħtieġa li tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skont l-Artikolu 23.
Għandha, barra minn hekk, tkun meħtieġa li turi prova li tkun tipposjedi l-fondi proprji eliġibbli biex tkopri
►C4
ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit previsti fil-paragrafu 1 tal-Artikoli 100 u l-Artikolu 128.