|
+Artikolu 35 7. |
Artikolu 35 7.L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu jillimitaw ir-rapportar superviżorju regolari jew jeżentaw lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni milli jirrapportaw fuq bażi ta' element b'element, meta:
(a)
il-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni tkun ta' piż żejjed apparagun tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-impriża;
(b)
il-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni ma tkunx neċessarja għas-superviżjoni effikaċi tal-impriża;
(c)
l-eżenzjoni ma ddgħajjifx l-istabilità tas-sistemi finanzjarji kkonċernati fl-Unjoni; u
(d)
l-impriża tkun kapaċi tipprovdi l-informazzjoni fuq bażi ad-hoc. L-awtoritajiet superviżorji ma għandhomx jeżentaw mir-rapportar fuq bażi ta' element b'element lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu parti minn grupp fis-sens tal-Artikolu 212(1)(c), sakemm l-impriża ma tkunx tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità superviżorja li dak ir-rapportar fuq bażi ta' element b'element ma jkunx xieraq, minħabba n-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-grupp u filwaqt li jitqies l-objettiv ta' stabilità finanzjarja. L-eżenzjoni mir-rapportar fuq bażi ta' element b'element għandha tingħata biss lil impriżi li ma jirrappreżentawx iktar minn 20 % tas-suq tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-ħajja jew mhux tal-ħajja rispettivament, fejn is-sehem tas-suq mhux tal-ħajja jkun ibbażat fuq primjums grossi kontabilizzati u s-sehem tas-suq tal-ħajja jkun ibbażat fuq dispożizzjonijiet tekniċi grossi. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jagħtu prijorità lill-iżgħar impriżi fid-determinazzjoni tal-eliġibilità tal-impriżi għal dawk l-eżenzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|