+Artikolu 35 Informazzjoni mitluba għall-finijiet superviżorji
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
---+Artikolu 35 7.
---+Artikolu 35 8.
---+Artikolu 35 9.
---+Artikolu 35 10.
---+Artikolu 35 11.

Artikolu 35 Informazzjoni mitluba għall-finijiet superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni jippreżentaw lill-awtoritajiet superviżorji l-informazzjoni neċessarja għall-iskopijiet ta' superviżjoni, filwaqt li jqisu l-objettivi ta' superviżjoni kif stipulati fl-Artikoli 27 u 28. Tali informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa għal dan li ġej fit-twettiq tal-proċess imsemmi fl-Artikolu 36:

▼B

(a) 

għall-valutazzjoni tal-governanza applikata mill-impriżi, in-negozju li jkunu qegħdin iwettqu, il-prinċipji ta’ valutazzjoni applikati għall-finijiet ►C4  tas-solvenza ◄ , ir-riskji indirizzati u s-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju, u l-istruttura kapitali, il-ħtiġijiet u l-ġestjoni tagħhom;

(b) 

biex jittieħdu d-deċiżjonijiet xierqa li jirriżultaw mit-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi superviżorji tagħhom.

Artikolu 35 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-segħtat li ġejjin:

(a) 

jiddeċiedu n-natura, l-ambitu u l-format tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ huma mitluba jressqu fil-punti li ġejjin fiż-żmien stipulat:

(i) 

f’perjodi stipulati minn qabel;

(ii) 

mas-seħħ ta’ avvenimenti stipulati minn qabel;

(iii) 

matul stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ ;

(b) 

biex jiksbu informazzjoni dwar kuntratti li jisru minn intermedjarji jew dwar kuntratti li jsiru ma’ partijiet terzi; u

(ċ) 

biex jitolbu informazzjoni mingħand esperti esterni, bħal awdituri u attwarji.

Artikolu 35 3.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi dan li ġej:

(a) 

elementi kwalitattivi jew kwantitattivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom;

(b) 

elementi storiċi, attwali jew prospettivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom; u

(ċ) 

data minn għejun interni jew esterni, jew kwalunkwe taħtlita xierqa minnhom.

Artikolu 35 4.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun konformi mal-prinċipji li ġejjin:

(a) 

għandha tirrefletti n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-impriża kkonċernata, u b’mod partikolari r-riskji inerenti f’dak in-negozju;

(b) 

għandha tkun aċċessibli, sħiħa f’kull aspett materjali, kumparabbli u konsistenti matul iż-żmien; u

(ċ) 

għandha tkun rilevanti, affidabbli u tinftiehem.

Artikolu 35 5.
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ jkollhom is-sistemi u l-istrutturi xierqa fis-seħħ sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 kif ukoll polza bil-miktub, approvata mill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , li jiżguraw l-ispeċifiċità kontinwa tal-informazzjoni mressqa.
Artikolu 35 6.

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 129(4), meta l-perjodi definiti minn qabel imsemmija fil-paragrafu 2(a)(i) ikunu inqas minn sena, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu jillimitaw ir-rappurtar superviżorju regolari, meta:

(a) 

il-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni tkun ta' piż żejjed apparagun tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-impriża;

(b) 

l-informazzjoni tkun irrapportata mill-inqas darba fis-sena.

L-awtoritajiet superviżorji m'għandhomx jillimitaw ir-rapportar superviżorju regolari bi freqeunza ta' anqas minn sena fil-każ ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu parti minn grupp fis-sens tal-Artikolu 212(1)(c), sakemm l-impriża ma tkunx tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità superviżorja li dak ir-rapportar superviżorju regolari bi frekwenza ta' anqas minn sena ma jkunx xieraq, minħabba n-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-grupp.

Il-limitazzjoni għar-rapportar superviżorju regolari għandha tingħata biss lil impriżi li ma jirrappreżentawx iktar minn 20 % tas-suq tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-ħajja jew mhux tal-ħajja rispettivament ta' Stat Membru, fejn is-sehem tas-suq mhux tal-ħajja jkun ibbażat fuq primjums grossi kontabilizzati u s-sehem tas-suq tal-ħajja jkun ibbażat fuq dispożizzjonijiet tekniċi grossi.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jagħtu prijorità lill-iżgħar impriżi fid-determinazzjoni tal-eliġibilità tal-impriżi għal dawk il-limitazzjonijiet.

Artikolu 35 7.

L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu jillimitaw ir-rapportar superviżorju regolari jew jeżentaw lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni milli jirrapportaw fuq bażi ta' element b'element, meta:

(a) 

il-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni tkun ta' piż żejjed apparagun tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-impriża;

(b) 

il-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni ma tkunx neċessarja għas-superviżjoni effikaċi tal-impriża;

(c) 

l-eżenzjoni ma ddgħajjifx l-istabilità tas-sistemi finanzjarji kkonċernati fl-Unjoni; u

(d) 

l-impriża tkun kapaċi tipprovdi l-informazzjoni fuq bażi ad-hoc.

L-awtoritajiet superviżorji ma għandhomx jeżentaw mir-rapportar fuq bażi ta' element b'element lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jkunu parti minn grupp fis-sens tal-Artikolu 212(1)(c), sakemm l-impriża ma tkunx tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità superviżorja li dak ir-rapportar fuq bażi ta' element b'element ma jkunx xieraq, minħabba n-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-grupp u filwaqt li jitqies l-objettiv ta' stabilità finanzjarja.

L-eżenzjoni mir-rapportar fuq bażi ta' element b'element għandha tingħata biss lil impriżi li ma jirrappreżentawx iktar minn 20 % tas-suq tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-ħajja jew mhux tal-ħajja rispettivament, fejn is-sehem tas-suq mhux tal-ħajja jkun ibbażat fuq primjums grossi kontabilizzati u s-sehem tas-suq tal-ħajja jkun ibbażat fuq dispożizzjonijiet tekniċi grossi.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jagħtu prijorità lill-iżgħar impriżi fid-determinazzjoni tal-eliġibilità tal-impriżi għal dawk l-eżenzjonijiet.

Artikolu 35 8.

Għall-finijiet tal-paragrafi 6 u 7, bħala parti mill-proċess ta' reviżjoni superviżorja, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jivvalutaw jekk il-preżentazzjoni ta' informazzjoni tkun ta' piż żejjed apparagun tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji tal-impriża, filwaqt li jitqiesu, mill-inqas:

(a) 

il-volum ta' primjums, dispożizzjonijiet tekniċ u assi tal-impriża;

(b) 

il-volatilità tad-pretensjonijiet u l-benefiċċji koperti mill-impriża;

(c) 

ir-riskji tas-suq li joħolqu l-investimenti tal-impriża;

(d) 

il-livell ta' konċentrazzjonijiet tar-riskju;

(e) 

l-għadd totali ta' klassijiet ta' assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja li għalihom tingħata awtorizzazzjoni;

(f) 

l-effetti possibbli tal-ġestjoni tal-assi tal-impriża fuq l-istabilità finanzjarja;

(g) 

is-sistemi u l-istrutturi tal-impriża biex tipprovdi informazzjoni għal skopijiet ta' superviżjoni u l-polza bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 5;

(h) 

l-adattezza tas-sistema ta' governanza tal-impriża;

(i) 

il-livell ta' fondi proprji li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u r-Rekwiżit Kapitali Minimu;

(j) 

jekk l-impriża hijiex impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni captive li tkopri biss riskji assoċjati mal-grupp industrijali jew kummerċjali li tappartjeni għalih.

Artikolu 35 9.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu u l-iskadenzi għall-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni, bl-għan li tiġi żgurata l-firxa xierqa ta' konverġenza tar-rapportaġġ superviżorju.
Artikolu 35 10.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar ir-rapportar superviżorju regolari fir-rigward tal-mudelli għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-30 ta' Ġunju 2015.

Tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 35 11.
Biex tissaħħaħ l-applikazzjoni koerenti u konsistenti tal-paragrafi 6 u 7, l-AEAPX għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 sabiex tispeċifika iżjed il-metodu li għandu jintuża biex jiġu ddeterminati l-ishma tas-suq imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafi 6 u 7.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.