|
+Artikolu 35 8. |
Artikolu 35 8.Għall-finijiet tal-paragrafi 6 u 7, bħala parti mill-proċess ta' reviżjoni superviżorja, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jivvalutaw jekk il-preżentazzjoni ta' informazzjoni tkun ta' piż żejjed apparagun tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji tal-impriża, filwaqt li jitqiesu, mill-inqas:
(a)
il-volum ta' primjums, dispożizzjonijiet tekniċ u assi tal-impriża;
(b)
il-volatilità tad-pretensjonijiet u l-benefiċċji koperti mill-impriża;
(c)
ir-riskji tas-suq li joħolqu l-investimenti tal-impriża;
(d)
il-livell ta' konċentrazzjonijiet tar-riskju;
(e)
l-għadd totali ta' klassijiet ta' assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja li għalihom tingħata awtorizzazzjoni;
(f)
l-effetti possibbli tal-ġestjoni tal-assi tal-impriża fuq l-istabilità finanzjarja;
(g)
is-sistemi u l-istrutturi tal-impriża biex tipprovdi informazzjoni għal skopijiet ta' superviżjoni u l-polza bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 5;
(h)
l-adattezza tas-sistema ta' governanza tal-impriża;
(i)
il-livell ta' fondi proprji li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u r-Rekwiżit Kapitali Minimu;
(j)
jekk l-impriża hijiex impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni captive li tkopri biss riskji assoċjati mal-grupp industrijali jew kummerċjali li tappartjeni għalih. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|