L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ jkollhom fis-seħħ sistema effettiva ta’ governanza li tipprovdi għal ġestjoni korretta u prudenti tan-negozju.
Din is-sistema għandha minn ta’ lanqas tinkludi struttura organizzattiva trasparenti u adegwata b’allokazzjoni ċara u segregazzjoni xierqa tar-responsabbiltajiet u sistema effettiva li tiżgura t-trażmissjoni tal-informazzjoni. Għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 42 sa 49.
Is-sistema ta’ governanza għandha skun suġġetta għal stħarriġ intern regolari.