Meta l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża jew l-Istat Membru li minnu jiġi ċ-ċittadin barrani kkonċernat ma joħroġx id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1, jista’ jiġi sostitwit b’dikjarazzjoni ġuramentata - jew fi Stati Membri meta ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal dikjarazzjoni ġuramentata b’dikjarazzjoni solenni - magħmula miċ-ċittadin barrani kkonċernat quddiem awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattiva jew, fejn xieraq, nutar fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża jew fl-Istat Membru li minnu tiġi dik il-persuna.
Din l-awtorità jew in-nutar għandhom joħorġu ċertifikat li jattesta l-awtentiċità tad-dikjarazzjoni ġuramentata jew dikjarazzjoni solenni.
Id-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel subparagarfu li ma kien hemm l-ebda falliment preċedenti tista’ wkoll issir quddiem korp kompetenti professjonali jew kummerċjali fl-Istat Membru kkonċernat.