|
+Artikolu 48 1. |
Artikolu 48 1.L-impriżi tal-assigurazzjoni u ta’ ►C2 riassigurazzjoni ◄ għandhom jipprovdu għal funzjoni attwarja effettiva li:
(a)
tikkoordina l-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi;
(b)
tiżgura li l-metodoloġiji u l-mudelli użati li jkunu bbażati fuqhom kif ukoll il-premessi magħmula fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi jkunu xierqa;
(ċ)
tistma s-suffiċjenza u l-kwalità tad-data użata fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi;
(d)
tqabbel l-aħjar stimi mal-esperjenza;
(e)
tinforma l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju bl-affidabbiltà u s-suffiċjenza tal-kalkolu tal-dispożizzjonijiet tekniċi;
(f)
tissupervizza l-kalkolu tal-dispożizzjonijiet tekniċi fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 82;
(g)
tesprimi opinjoni fuq il-politika globali ta’ assigurazzjoni;
(h)
tesprimi opinjoni fuq is-suffiċjenza tal-arranġamenti ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ ; u
(i)
tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effettiva tas-sistema tal-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 44, partikolarment fir-rigward tal-mudellar tar-riskju li jinsab fil-bażi tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital stabbiliti fit-Taqsimiet 4 u 5, tal-Kapitolu VI, u għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 45. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|