+Artikolu 59 Evalwazzjoni
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.
---+Artikolu 59 4.
---+Artikolu 59 5.

Artikolu 59 Evalwazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 59 1.

Fl-evalwazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 57(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(2), l-awtoritajiet superviżorji, biex jiżguraw il-ġestjoni korretta u prudenti tal-impriża tal- assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , li fiha ikun propost l-akkwist, u wara li tiġi kkunsidrata l-influwenza li x’aktarx ikollu l-akkwirent propost fuq l-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ , għandhom jevalwaw l-adegwatezza tal-akkwirent propost u tas-solidità finanzjarja tal-akkwist propost fid-dawl tal-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;

(b) 

ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li ser tmexxi n-negozju tal-impriża tal- assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ bħala riżultat tal-akkwist propost;

(ċ) 

is-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost, partikolarment fir-rigward tat-tip ta’ negozju li jsir u li huwa previst fl-impriża tal- assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ fejn ikun propost l-akkwist;

(d) 

jekk l-impriża tal- assigurazzjoni jew ►C2  tar-riassigurazzjoni ◄ hix ser tkun kapaċi tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq ta’ din id-Direttiva u, fejn applikabbli, fuq Direttivi oħrajn, notevolment, id-Direttiva 2002/87/KE, b’mod partikolari, jekk il-grupp li ser issir parti minnu għandux struttura li tippermetti l-eżerċizzju ta’ superviżjoni effettiva, l-iskambju effettiv ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u li tiddetermina l-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet superviżorji;

(e) 

jekk ikunx hemm motivi raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, f’rabta mal-akkwist propost, sar, qed isir jew hemm tentattivi biex isir money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu ( 9 ), jew li l-akkwist propost jista’ jżid ir-riskju ta’ kondotta bħal din.

Artikolu 59 2.
L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk hemm motivi raġonevoli biex jagħmlu dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jekk l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompleta.
Artikolu 59 3.
L-Istati Membri la għandhom jimponu kondizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta’ holding li għandu jiġi akkwistat u lanqas m’għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom jeżaminaw l-akkwist propost f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.
Artikolu 59 4.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku lista li tispeċifika l-informazzjoni, li hija meħtieġa biex issir l-evalwazzjoni u li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet superviżorji fil-ħin tan-notifika msemmija fl-Artikolu 57(1). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u adattata għan-natura tal-akkwirent propost u l-akkwist propost. L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu informazzjoni li m’hix rilevanti għal evalwazzjoni prudenzjali.
Artikolu 59 5.
Minkejja l-Artikoli 58 paragrafi 1, 2 u 3, fejn żewġ proposti jew iktar għal akkwist jew żieda fil-holdings kwalifikanti fl-istess impriża ta’ assigurazzjoni jkunu ġew notifikati lill-awtorità superviżorja, dawn tal-aħħar għandhom jittrattaw l-akkwirenti proposti b’mod mhux diskriminatorju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.