|
+Artikolu 62 Holdings li jikkwalifikaw, setgħat tal-awtorità superviżorja |
Artikolu 62 Holdings li jikkwalifikaw, setgħat tal-awtorità superviżorjaArtikolu 62 Holdings li jikkwalifikaw, setgħat tal-awtorità superviżorja L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fl-Artikolu 57 x’aktarx taħdem kontra l-amministrazzjoni tajba u prudenti ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ dik l-impriża li fiha sehem kwalifikanti jkun imfittex jew miżjud għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex itemmu dik is-sitwazzjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu, pereżempju, f’inġunzjonijiet, penali kontra d-diretturi u l-amministraturi, jew sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni annessi mal-azzjonijiet li għandhom l-azzjonisti jew membri kkonċernati. Miżuri simili għandhom japplikaw għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jwettqu l-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 57. Fejn holding tiġi miksuba minkejja l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji, l-Istati Membri għandhom, minkejja kull sanzjoni oħra li għandha tiġi adottata, jipprovdu għal:
(1)
is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni korrispondenti; jew
(2)
in-nullità ta’ kwalunkwe voti mitfugħa jew il-possibbiltà li dawn jiġu annullati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|