|
+Artikolu 68 1. |
Artikolu 68 1.L-Artikoli 64 u 67 ma għandhomx jipprekludu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
l-iskambju ta’ informazzjoni bejn bosta awtoritajiet superviżorji fl-istess Stat Membru, fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom;
(b)
l-iskambju ta’ informazzjoni, fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom, bejn l-awtoritajiet superviżorji u kwalunkwe min dawn li ġejjin li jinsabu fl-istess Stat Membru:
(i)
awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u organizzazzjonijiet oħrajn finanzjarji u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;
(ii)
organizzazzjonijiet involuti fix-xoljiment u l-falliment tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni u fi proċeduri oħrajn simili;
(iii)
persuni responsabbli li jwettqu verifiki skont il-liġi taż-żamma tal-kotba tal-impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji;
(iv)
awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet marbutin b’obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) għal konformità ma’ dik id-Direttiva;
(ċ)
l-iżvelar, lil organizzazzjonijiet li jamministraw proċeduri ta’ stralċ obbligatorju jew fondi ta’ garanzija, ta’ infomazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. L-iskambju tal-informazzjoni msemmi fil-punti (b) u (c) jista’ jseħħ ukoll bejn Stati Membri differenti. L-informazzjoni rċevuta minn dawk l-awtoritajiet, organizzazzjonijiet u persuni għandha tkun suġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali stabbilit fl-Artikolu 64. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|