+Artikolu 70 Trażmissjoni ta' informazzjoni lill-banek ċentrali, lill-awtoritajiet monetarji, lis-superviżuri tas-sistemi ta' pagament u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.

Artikolu 70 Trażmissjoni ta' informazzjoni lill-banek ċentrali, lill-awtoritajiet monetarji, lis-superviżuri tas-sistemi ta' pagament u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 70 1.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 64 sa 69, awtorità superviżorja tista' tittrażmetti informazzjoni maħsuba għat-twettiq tal-kompiti tagħhom lil dawn li ġejjin:

(a) 

il-banek ċentrali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u korpi oħra b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji meta din l-informazzjoni tkun rilevanti għall-kompiti statutorji rispettivi tagħhom, inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-forniment relatat ta' likwidità, is-sorveljanza tas-sistemi ta' pagament, tal-ikklerjar u tas-saldu tat-titoli u l-issalvagwardjar tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(b) 

fejn ikun xieraq, awtoritajiet pubbliċi nazzjonali oħra responsabbli li jissorveljaw sistemi ta' pagament; u

(c) 

l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), fejn dik l-informazzjoni tkun rilevanti biex iwettaq il-kompiti tiegħu.

Artikolu 70 2.
F'sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluża sitwazzjoni ta' emerġenza kif imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-Istati Membri għandhom iħallu lill-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw, mingħajr dewmien, informazzjoni lill-banek ċentrali tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għall-kompiti statutorji tagħhom inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u u l-forniment relatat ta' likwidità, is-sorveljanza tal-pagamenti, l-ikklerjar u s-sistemi tas-saldu tal-pagamenti u t-titoli, is-salvagwardjar tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u lill-BERS meta din l-informazzjoni tkun rilevanti għall-kompiti tiegħu.
Artikolu 70 3.
Dawn l-awtoritajiet jew korpi jistgħu wkoll jikkomunikaw lill-awtoritajiet superviżorji dik l-informazzjoni li jista' jkollhom bżonn għall-finijiet tal-Artikolu 67. L-informazzjoni rċevuta f'dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza professjonali stabbilit f'din it-Taqsima.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.