L-aħjar stima għandha tkun tikkorrispondi għall-medja bil-koeffiċjent tal-probabbiltà ta’ likwidità futura, filwaqt li jitqies il-valur fiż-żmien tal-flus (il-valur preżenti mistenni tal-likwidità futura), billi tintuża l-istruttura tat-terminu rilevanti tar-rata tal-imgħax bla riskju.
Il-kalkolu tal-aħjar stima għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni aġġornata u kredibbli u suppożizzjonijiet realistiċi u għandu jitwettaq bl-użu ta’ metodi attwarji u statistiċi xierqa, applikabbli u rilevanti.
Il-projjezzjoni tal-likwidità użata fil-kalkolu tal-aħjar stima għandha tqis iċ-ċaqliq kollu tal-flus ‘il barra u ‘l ġewwa li jkun meħtieġ sabiex jinfdew l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fuq il-medda ta’ żmien tagħhom.
L-aħjar stima għandha tiġi kkalkolata gross, mingħajr tnaqqis tal-ammonti rkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali. Dawn l-ammonti għandhom jiġu kkalkolati separatament skont l-Artikolu 81.