Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jivvalutaw l-aħjar stima u l-marġni tar-riskju separatament, il-marġni tar-riskju għandu jiġi kkalkolat billi jiġi ddeterminat kemm jiswa li jiġi pprovdut ammont ta’ fondi proprji eliġibbli ugwali
►C4
għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ meħtieġ biex isostni l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tul il-ħajja ta’ dawk l-obbligi.
Ir-rata użata fid-determinazzjoni ta’ kemm jiswa li jiġi pprovdut ammont ta’ fondi proprji eliġibbli (ir-
►C4
rata tal-Kost tal-Kapital ◄ ) għandha tkun l-istess għall-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u għandha tiġi riveduta perjodikament.
Ir-
►C4
rata tal-Kost tal-Kapital ◄ użata għandha tkun ugwali għar-rata addizzjonali, ‘il fuq mir-rata tal-imgħax bla riskju, li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollha tħallas li żżomm ammont ta’ fondi proprji eliġibbli, kif stipulat fit-Taqsima 3, ugwali
►C4
għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ meħtieġ biex jiġu appoġġjati l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tul il-ħajja ta’ dawk l-obbligi.