+Artikolu 77d Aġġustament ta' volatilità għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju
---+Artikolu 77d 1.
---+Artikolu 77d 2.
---+Artikolu 77d 3.
---+Artikolu 77d 4.
---+Artikolu 77d 5.
---+Artikolu 77d 6.
|
Artikolu 77d Aġġustament ta' volatilità għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 77d 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet superviżorji għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex japplikaw aġġustament ta' volatilità għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju biex tiġi kkalkolata l-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2).
|
|
Artikolu 77d 2.
|
Għal kull munita rilevanti, l-aġġustament ta' volatilità għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju għandu jkun ibbażat fuq il-firxa bejn ir-rata ta' interess li tista' tinqala mill-assi inklużi f'portafoll ta' referenza għal dik il-munita u r-rati tal-istruttura rilevanti bażika tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju. Il-portafoll ta' referenza għal munita għandu jkun rappreżentattiv għall-assi li huma denominati f'dik il-munita u li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni huma investiti fihom biex ikopru l-aħjar stima għall-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni denominati f'dik il-munita.
|
|
Artikolu 77d 3.
|
L-ammont tal-aġġustament ta' volatilità għar-rati tal-imgħax mingħajr riskju għandu jikkorrispondi għal 65 % tal-firxa tal-munita b'riskju kkorreġut. Il-firxa tal-munita b'riskju kkorreġut għandha tiġi kkalkolata bħala d-differenza bejn il-firxa msemmija fil-paragrafu 2 u l-porzjon ta' dik il-firxa li hija attribwibbli għal valutazzjoni realistika tat-telf mistenni jew tal-kreditu mhux mistenni jew ta' riskju ieħor tal-assi. L-aġġustament ta' volatilità għandu japplika biss għar-rati rilevanti tal-imgħax mingħajr riskju tal-istruttura tat-terminu li mhumiex derivati permezz ta' estrapolazzjoni skont l-Artikolu 77a. L-estrapolazzjoni tal-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata ta' interess mingħajr riskju għandha tkun ibbażata fuq dawn ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju aġġustati.
|
|
Artikolu 77d 4.
|
►M9
Għal kull pajjiż rilevanti, l-aġġustament ta’ volatilità għar-rati tal-imgħax mingħajr riskju msemmi fil-paragrafu 3 għall-munita ta’ dak il-pajjiż għandu, qabel l-applikazzjoni tal-fattur ta’ 65 % jiżdied bid-differenza bejn il-firxa tal-pajjiż b’riskju kkorreġut u darbtejn il-firxa tal-munita kkorreġuta għar-riskju kull meta dik id-differenza tkun pożittiva u l-firxa tal-pajjiż b’riskju kkorreġut tkun ogħla minn 85 punt bażiku. ◄ L-aġġustament ta' volatilità miżjud għandu jiġi applikat għall-kalkolu tal-aħjar stima għall-obbligazzjonijiet ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni tal-prodotti mibjugħa fis-suq tal-assigurazzjoni ta' dak il-pajjiż. Il-firxa tal-pajjiż b'riskju kkorreġut hija kkalkolata bl-istess mod bħall-firxa tal-munita b'riskju kkorreġut għall-munita ta' dak il-pajjiż, iżda bbażata fuq portafoll ta' referenza li huwa rappreżentattiv għall-assi li fihom huma investiti impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex ikopru l-aħjar stima għall-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta' prodotti mibjugħa fis-suq tal-assigurazzjoni ta' dak il-pajjiż u ddenominati fil-munita ta' dak il-pajjiż.
|
|
Artikolu 77d 5.
|
L-aġġustament ta' volatilità m'għandux jiġi applikat fir-rigward tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni meta l-istruttura adattata tat-terminu rilevanti tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju biex tiġi kkalkolata l-aħjar stima għal dawk l-obbligazzjonijiet tinkludi aġġustament ta' korrispondenza skont l-Artikolu 77b.
|
|
Artikolu 77d 6.
|
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 101, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza m'għandux ikopri r-riskju ta' telf tal-fondi proprji bażiċi li jirriżulta mill-bidliet tal-aġġustament ta' volatilità.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|