+Artikolu 77e Informazzjoni teknika prodotta mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
---+Artikolu 77e 1.
---+Artikolu 77e 2.
---+Artikolu 77e 3.
|
Artikolu 77e Informazzjoni teknika prodotta mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 77e 1.
|
L-AEAPX għandha tistabbilixxi u tippubblika għal kull munita rilevanti l-informazzjoni teknika li ġejja għall-anqas fuq bażi trimestrali:
(a)
struttura rilevanti tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju biex tiġi kkalkolata l-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2), mingħajr kwalunkwe aġġustament ta' korrispondenza jew aġġustament ta' volatilità;
(b)
għal kull dewmien rilevanti, il-kwalità tal-kreditu u l-klassi tiegħu, firxa fundamentali għall-kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza msemmija fl-Artikolu 77c(1)(b);
(c)
għal kull suq tal-assigurazzjoni nazzjonali rilevanti, aġġustament tal-volatilità għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 77d(1).
|
|
Artikolu 77e 2.
|
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-kalkolu ta' dispożizzjonijiet tekniċi u fondi proprji bażiċi, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dik l-informazzjoni teknika għal kull munita rilevanti l-informazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 301(2). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza ġġustifikati kif jixraq relatati mad-disponibilità tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 301(3).
|
|
Artikolu 77e 3.
|
Meta l-informazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 1 tiġi adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jużaw dik l-informazzjoni teknika biex jikkalkolaw l-aħjar stima skont l-Artikolu 77, l-aġġustament ta' korrispondenza skont l-Artikolu 77c, u l-aġġustament ta' volatilità skont l-Artikolu 77d. Fir-rigward tal-muniti u s-swieq nazzjonali fejn l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 1(c) ma jkunx stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, l-ebda aġġustament tal-volatilità m'għandu jiġi applikat għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti biex tiġi kkalkolata l-aħjar stima.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|