|
+Artikolu 77f 3. |
Artikolu 77f 3.Abbażi ta' opinjoni ppreżentata mill-AEAPX, msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta' Jannar 2021, jew, fejn xieraq, aktar kmieni. Ir-rapport għandu jiffoka, b'mod partikolari, fuq l-effetti fuq:
(a)
il-ħarsien tad-detenturi tal-poloz;
(b)
il-funzjonament u l-istabbiltà tas-swieq Ewropej tal-assigurazzjoni;
(c)
is-suq intern u b'mod partikolari l-kompetizzjoni u l-kundizzjonijiet ugwali fis-swieq Ewropej tal-assigurazzjoni;
(d)
kemm l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jibqgħu joperaw bħala investituri fuq perjodu twil ta' żmien;
(e)
id-disponibbiltà u l-ipprezzar tal-prodotti ta' renti;
(f)
id-disponibbiltà u l-ipprezzar ta' prodotti f'kompetizzjoni;
(g)
strateġiji ta' investiment fuq perjodu twil ta' żmien minn impriżi tal-assigurazzjoni fir-rigward ta' prodotti li għalihom jiġu applikati l-Artikoli 77b u 77c meta mqabbla ma' dawk marbuta ma' garanziji oħra fuq perjodu twil ta' żmien;
(h)
l-għażla tal-konsumaturi u l-għarfien tal-konsumaturi dwar ir-riskju;
(i)
il-grad ta' diversifikazzjoni fin-negozju tal-assigurazzjoni u l-portafoll tal-assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;
(j)
l-istabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jibni fuq l-esperjenza superviżorja marbuta mal-applikazzjoni tal-Artikoli 77a sa 77e u 106, l-Artikolu 138(4) u l-Artikoli 304, 308c u 308d, inklużi l-atti delegati jew l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dawk l-Artikoli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|