|
+Artikolu 105 4. |
Artikolu 105 4.Il-modulu tar-riskju ta’ assigurazzjoni tas-saħħa għandu jirrifletti r-riskju li joħroġ min-negozju ta’ assigurazzjoni ta’ obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa, kemm jekk eżerċitat fuq bażi teknika simili għal dik tal-assigurazzjoni tal-ħajja u kif ukoll jekk le, filwaqt li jiġu kkunsidrati kemm il-perikli koperti u kif ukoll il-proċessi użati fit-tmexxija tan-negozju. Għandha tkopri, mill-inqas, ir-riskji li ġejjin:
(a)
ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livell, ix-xejra jew il-volatilità tal-ispejjeż imġarrba għall-ħlas (servicing) ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;
(b)
ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba varjazzjonijiet fiż-żmien meta jseħħu, il-frekwenza u s-severità tal-avvenimenti assigurati, u fiż-żmien meta jseħħu u l-ammont ta’ ħlas tal-klejms fi żmien il-proviżjon;
(c)
ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba l-inċertezza sinifikanti ta’ pprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ tifqigħat ta’ epidemiji kbar, kif ukoll l-akkumulazzjoni mhux tas-soltu ta’ riskji f’ċirkostanzi estremi bħal dawn. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|